Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Dettalji Bankarji

Ħarsa ġenerali

Din is-servizz jippermettilek taġġorna d-dettalji bankarji tiegħek kif miżmuma mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali ta’ kif tirċievi l-pagamenti tal-benefiċċji. Jekk bħalissa tirċievi l‑pagamenti bil‑ċekk, għandek tibdel dan għal depożitu dirett. Jekk diġà tirċievi l‑pagamenti permezz ta’ depożitu dirett, tista’ taġġorna n-numru tal-kont bankarju tiegħek issa referut bħala li issa jkun imsejjaħ IBAN (Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju).

Tista’ wkoll tagħżel li tirċievi notifika b’SMS li tindikalek id-data meta l-benefiċċju tiegħek se jitħallas. Madankollu, dan is-servizz ma jistax jintuża biex tibdel il-metodu ta’ ħlas tiegħek minn depożitu dirett lura għal ċekk.

X’se tingħata

B’dan is-servizz, ser ikollok aċċess għal dawn li ġejjin:

  • Faċilità sabiex tbiddel id-dettalji bankjari hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali online.
  • Faċilità sabiex tbiddel il-metodu tal-pagament tiegħek minn ċekk għal depożitu dirett fil-kont bankarju tiegħek.
  • Faċilità sabiex tirċievi notifika permezz ta’ SMS biex tkun infurmat bid-data tad-depożitu tal-benefiċċju tiegħek.
  • Jekk tawtentika bil-e-ID tiegħek, u tkun irreġistrat bħala amministratur mad‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, tista’ taġġorna d‑dettalji bankarji tal‑benefiċjarju/i taħt ir‑responsabbiltà tiegħek. Madankollu, ladarba benefiċjarju li għalih inti l‑Amministratur imut, ma tkunx tista’ tibqa’ taġġorna d‑dettalji tal‑IBAN tiegħu. 

Meta titlob l-aġġornament tad-dettalji tal-bank tiegħek minn xi ċentru ta’ Servizz.gov u l-persuna li tagħmel din it-talba tipprovdi indirizz tal-email, tinħareġ notifika b’email lil din il-persuna, kemm waqt is-sottomessjoni kif ukoll meta l-aġġornament ikun ipproċessat. Jekk ma jiġix ipprovdut indirizz tal-email, l-aġent ta’ Servizz.gov jitlob għal numru ta’ kuntatt ta’ mowbajl biex minflok tinħareġ notifika b’SMS. Dawn in-notifikazzjonijiet iservu bħala konferma li t-talba tal-aġġornament waslet u ġiet ipproċessata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Eliġibbiltà

    • Persuna reġistrata taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), tista’ taġġorna d-dettalji bankarji tagħha hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, anke jekk s’issa mhux benefiċjara. 

    Rekwiżiti

    Biex tuża dan is-servizz, għandek bżonn:

    • Kont attiv tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità

    Informazzjoni Addizzjonali

    • L-IBAN indikat irid ikun kont ta’ tfaddil jew kurrenti, iżda mhux kont ta’ self u jrid ikun f’isem il-benefiċjarju/a, jew f’isem l-amministratur tal-benefiċjarju/a reġistrat/a mad-dipartiment. Jekk l-isem abbonat mal-IBAN ma jaqbilx ma’ dak tal-benefiċjaru/a, il-probabilità hija li l-bank jirrifjuta t-transazzjoni tal-ħlas.
    • Jekk persuna mhix preżentament benefiċjarja, iżda hija reġistrata taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, id-dettalji bankarji miżmuma mid-dipartiment xorta jridu jiġu aġġornati u l-IBAN indikat irid ikun f’isem il-persuna reġistrata.
    • L-IBAN indikat jintuża ukoll għall-benefiċċji oħra li l-benefiċjarju/a i/tkun qeda titħallas għalihom.
    • Jekk il-benefiċjarju/a ikollu/ha sekwestru tal-bank, għandu/ha j/tkellem il-bank preferut dwar l-emenda għall-Artikolu 381 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12.), biex ikollu/ha kont bankarju maħruġ f’ismu/ha kif meħtieġ.
    • Skont Artikolu 381(1)(b) 381 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12.), ma jistgħux jinħarġu mandati ta’ sekwestru fuq – benefiċċju, pensjoni, allowance jew għajnuna msemmija fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jew pensjoni privata jew kwalunkwe pensjoni, benefiċċju jew allowance oħra maħruġa mill-gvern jew gvern barrani ieħor: Iżda fil-każ ta’ pensjonijiet privati u pensjonijiet maħruġa minn gvernijiet barranin, l-ammont li mhux sekwestrabbli m’għandux jeċċedi l-ammont stabbilit għall-ogħla pensjoni maħruġa mill-gvern. 

    Meta Pagament ma jkunx Riċevut

    Jekk id-depożitu fil-kont bankarju ma jiġix iffinalizzat minħabba IBAN ħażin jew għeluq tal-kont, il-benefiċjarju għandu jinnotifika lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali immedjatament online. Il-proċedura hija din li ġejja li normalment tieħu bejn għaxra (10) sa ħmistax-il (15) ġurnata biex tigi pproċessata:

    • Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jinnotifika lill-bank dwar it-tranżazzjoni.
    • Il-bank iwettaq il-verifiki meħtieġa biex jispeċifika r-raġuni għaliex it-tranżazzjoni ma ġietx iffinalizzata.
    • Jekk it-tranżazzjoni tiġi approvata, għandu jingħata numru tal-kont tal-bank alternattiv mill-benefiċjarju/a biex l-ħlas jiġi pproċessat.

    Kif taċċessa s-servizz

    L-utent irid jawtentika sabiex jaċċessa s-servizz tad-Dettalji Bankarji

    Jekk waqt li tkun qed tuża dan is-servizz tiltaqa’ ma’ xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza: 

    • Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Dettalji Bankarji’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew
    • Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.