Ħlas Lura ta’ Pagament Żejjed
Ħarsa Ġenerali
Ħlas żejjed iseħħ meta d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (DSS) iħallas benefiċjarju aktar benefiċċji tas-sigurtà soċjali milli kien dovut, ħafna drabi minħabba li d-dħul, ir-riżorsi, l-istat ċivili, is-sitwazzjoni tal-għajxien inbidel jew minħabba żball amministrattiv.
Il-benefiċjarji tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali huma meħtieġa li jinformaw lid-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) bi kwalunkwe bidliet fid-dħul, impjieg, sitwazzjoni tal-għajxien, jew stat ċivili fost oħrajn. Għadd kbir ta’ pagamenti żejda huma kkawżati minn benefiċjarji li jonqsu milli jagħmlu dan. Kun żgur li żżomm lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali infurmat dwar dawn il-bidliet, sabiex tevita li tħallas ħlasijiet żejda li jkunu ta’ inkonvenjent u potenzjalment għoljin.
X’ser jingħata
Meta d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jiskopri li sar ħlas żejjed, jibgħat Avviż ta’ Ħlas Żejjed lill-benefiċjarju biex jinfurmah dwar:
- L-ammont ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali mhux dovuti,
- Ir-raġuni/jiet għall-ħlas żejjed, u
- Il-mod kif id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jipproponi li jirkupra l-ammont li tħallas żejjed.
Meta tiġi deċiża r-rata tal-ħlas lura, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jħares lejn il-fatturi li ġejjin:
- Il-kapaċità tal-benefiċjarju li jħallas lura,
- Kwalunkwe fatti jew ċirkostanzi rilevanti li ġew imressqa mill-benefiċjarju, u
- L-ammont ta’ ħlas żejjed u kif ġara.
Eliġibbiltà
Kriterji ġenerali ta’ kif id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jista’ jitlob lill-benefiċjarju biex iħallas lura l-ħlas żejjed billi jew:
- Jagħmel ħlas wieħed biex iħallas lura l-ħlas żejjed kollu, jew
- Jagħmel ħlas lura permezz ta’ flus kontanti ta’ kull ġimgħa jew kull xahar sakemm jitħallas il-ħlas żejjed kollu, jew
- Jekk għadek tirċievi pagament ta’ benefiċċju tas-sigurtà soċjali, jitnaqqas mil-ħlas dovut.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Kont validu tal-e-ID sabiex tagħmel pagament online, jew
- Id-dettalji tal-benefiċjarju (Numru tal-Karta tal-Identità, Isem u Kunjom u l-Ammont Oriġinali) biex isir rifużjoni ta’ ħlas żejjed online mingħajr l-użu tal-e-ID. Huma biss numri li għandhom jiddaħħlu fl-ispazju tal-ammont fejn mitlub.
Kif tħallas lura ħlas żejjed
Ladarba l-benefiċjarju jirċievi Avviż ta’ Ħlas Żejjed mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-ħlas żejjed jista’ jiġi solvut billi jew:
- Jitħallas lura ħlas żejjed dovut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali online. Għal dawk il-persuni li jawtentikaw bil-e-ID biex iħallsu l-ħlas żejjed, hemm il-faċilità li jew jitħallas pagament wieħed jew jitħallas aktar minn ħlas żejjed wieħed fl-istess instanza.
- Wieħed jista’ jagħmel ħlas lura f’isem persuna oħra. Għal dan is-servizz, l-utent għandu jipprovdi d-dettalji tal-ħlas żejjed tal-benefiċjarju inkluż l-Isem u l-Kunjom, in-Numru tal-Karta tal-Identità u l-Ammont Oriġinali (€). Huma biss numri li għandhom jiddaħħlu fl-ispazju tal-ammont. Din l-informazzjoni tista’ tinstab fuq l-ittra ta’ notifika li tintbagħat lill-benefiċjarju jew lill-aġent/amministratur. Tintbagħat email ta’ konferma bħala riċevuta lill-persuna li tagħmel il-ħlas.
jew
- Ħlas permezz ta’ flus kontanti ta’ mhux aktar minn mitejn ewro (€200), jew b’ċekk indirizzat lid-Direttur tas-Sigurtà Soċjali, f’wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov. Tingħata riċevuta lill-persuna li tagħmel il-ħlas.