Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji – Persuna li Tħaddem Lilha Nnifisha
Ħarsa ġenerali
Benefiċjarji ta’ Assistenza Soċjali li jibdew jaħdmu bi qligħ li jaħdmu għalihom infushom, jistgħu jagħżlu l-iskema ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji jew jaqilgħu tal-inqas il-paga minima nazzjonali jew aktar u jekk ikunu rċevew Assistenza Soċjali jew Għajnuna tal-Qgħad għal mill-inqas sena fl-aħħar tliet (3) snin.
X’se tingħata
Ir-rata tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji mogħtija hija persentaġġ ta’ l-aħħar rata ta’ Benefiċċju Soċjali mogħti bl-esklużjoni ta’ bonuses:
- 75% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena.
- 55% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena.
- 35% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena.
Il-benefiċjarji jitħallsu bil-quddiem kull erba’ (4) ġimgħat.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima għall-intitolament tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Persuna li bdiet taħdem f’impjieg full-time bħala persuna li taħdem għaliha nnifisha u li taqla’ mhux inqas mill-paga minima nazzjonali, u li kienet qed tirċievi benefiċċju mhux kontributorju għal perjodu ta’ sena (1) f’dawn l-aħħar tliet (3) snin.
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.