Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju
(Tħaddem Lilha Nnifisha)
Ħarsa ġenerali
Benefiċjarji ta’ Assistenza Soċjali li jibdew jaħdmu bi qligħ jistgħu jagħżlu l-iskema ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju jew jaqilgħu tal-inqas il-Paga Minima Nazzjonali jew aktar u jekk ikunu rċevew Assistenza Soċjali jew Għajnuna tal-Qgħad għal mill-inqas sena fl-aħħar 3 snin.
X’se tingħata
Ir-rata tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju mogħtija hija persentaġġ ta’ l-aħħar rata ta’ Benefiċċju Soċjali mogħti bl-esklużjoni ta’ bonuses:
- 65% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena
- 45% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena
- 25% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena
Il-benefiċjarji jitħallsu bil-quddiem kull 4 ġimgħat.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima għall-intitolament tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Applikant li beda jaħdem f’impjieg full-time u li jaqla’ mhux inqas mill-Paga Minima Nazzjonali, u li kien qed jirċievi benefiċċju mhux kontributorju għal perjodu ta’ sena fl-aħħar 3 snin.
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.