Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Talba mill-Fond tal-Leave tal-Maternità / Adozzjoni

 

Talba mill-Fond tal-Leave tal-Maternità / Adozzjoni

Dettalji tal-Prinċipal



Dettalji ta Kuntatt


Rappreżentant

Dettalji tal-Kont Bankarju

Dan in-numru se jieħu post kull IBAN li min iħaddem seta' jkun irreġistra qabel mad-Dipartiment.

Dettalji dwar it-Talba

L-impjegat/a li fuqu qed issir it-talba.

Ammont Mitlub

Elenka l-ammonti tas-salarju li għalihom qed tagħmel din it-talba, il-perjodu ma nistax jaqbeż l-erbatax-il (14) ġimgħa.

*Salarju fil-ġimgħa - Ammont bażiku gross, bonuses statutorji pro-rata u allowances flimkien mal-parti ta’ min iħaddem tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Socjali tal-impjetat. Tinkludix emolumenti oħra.
Żid it-tieni talba?
Żid it-tielet talba?

Dokumentazzjoni Meħtieġa

Maximum file size: 1MB

Maximum file size: 2MB

Maximum file size: 1MB

Maximum file size: 1MB

Dikjarazzjoni

Niddikjara li sa fejn naf jien, it-tagħrif li tajt hu kollu minnu, komplet u korrett. Naf li jekk nagħti informazzjoni falza, nista’ neħel hekk kif stipulat fil-Kodiċi Kriminali (Kap. 9.) u wkoll nitlef d-dritt għall-benefiċċju skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).

Nifhem li kif stipulat fl-Artikolu 133 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), id-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) jista’ jagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa u jista’ jitlob lil persuni u/jew entitajiet biex jipprovdu informazzjoni sabiex il-benefiċċju jiġi kkalkulat u determinat.

Nobbliga ruħi li ninforma minnufih lid-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) b’kull tibdil fiċ-ċirkustanzi. Jekk id-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) ma jiġix infurmat b’tali bidla fiċ-ċirkustanza, id-dritt għall-benefiċċju jew parti minnu jista’ jintilef.

Nifhem li jekk għal xi raġuni jew oħra, jinstab li jien ma kellix dritt għal dan il-benefiċċju, ikolli nirrifondi l-ħlasijiet kollha li nkun irċevejt.

Ir-Rimborzi jinghataw fuq is-suppozizzjoni li l-applikant huwa l-benefiċjarju leġittimu u li l-ammont mitlub huwa korrett u dovut. Il-Bord tat-Trustees jirriserva d-dritt li jibda kull proċediment legali disponibbli għalih.

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jżomm dik l-informazzjoni kollha li hija relevanti biex jagħti s-servizzi meħtieġa lil dawk il-persuni li jikkwalifikaw għal xi assistenza, benefiċċju jew pensjoni mhux kontributorja, skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Id-Dipartiment jista’ jivverifika l-informazzjoni li inti ssottomettejt kif jipprovdi l-artiklu 133 (b) tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali sabiex jiżgura l-eżattezza fir-rigward tat-talba. Id-data personali tista’ tingħata lil dipartimenti jew terzi partijiet, li jistgħu jkollhom aċċess għad-data personali tiegħek kif tippermetti l-liġi. Fil-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tal-frodi, id-Dipartiment jista’ jgħaddi lil istituzzjonijiet barranin ta’ benefiċċji, l-informazzjoni personali kif stipulat fi trattati internazzjonali u / jew ftehim bilaterali li Malta tagħmel parti minnhom. Tingħata risposta dwar ir-riżultat tal-applikazzjoni tiegħek wara li din tkun mistħarrġa.

Skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (EU) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 586.), aħna għandna d-dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kull informazzjoni personali li aħna niġbru mingħandek u aħna ser insegwu dan id-dmir. Aħna ser nieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex ma nħallux xi aċċess mhux awtorizzat. Aħna ma ngħaddux id-dettalji miġbura minnek bħala viżitatur u/jew utent, lil xi partijiet terzi sakemm ma tagħtiniex il-kunsens biex nagħmlu dan jew kif awtorizzat bil-liġi. Tista’ tikteb biex tkun taf x’informazzjoni personali għandu dwarek id-Dipartiment, u eventwalment titlob biex l-informazzjoni tiġi korretta jew fejn applikabbli titħassar informazzjoni li mhix korretta, b’referenza għat-talba li għamilt. Din it-talba trid tintbagħat lil “Kontrollur ta’ Data”, Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, 38, Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta VLT 1021 jew permezz ta’ email lil dpsocialsecurity.dss@gov.mt u azzjoni xierqa tittieħed kemm jista’ jkun malajr. Meta tikteb f’dan ir-rigward, jekk jogħġbok niżżel in-numru tal-karta tal-identità tiegħek, in-numru tas-sigurtà soċjali tiegħek, ismek, l-indirizz, kif ukoll xi dokumenti oħra li jistgħu jkunu meħtieġa biex nidentifikaw il-każ tiegħek.