Talba mill-Fond tal-Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni
Ħarsa ġenerali
Kull wieħed mill-ġenituri impjegati u anke ġenituri addottivi impjegati huma intitolati għal erba’ (4) xhur Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni għal kull wild, li jrid jittieħed sakemm it-tifel/tifla ikun/tkun għalaq/għalqet it-tmien (8) snin. L-ewwel xahrejn (2) jew tmien (8) ġimgħat ta’ leave tal-ġenituri imħallas mhumiex trasferibbli bejn il-ġenituri u huma eliġibbli għall-ħlas tal-benefiċċji. Filwaqt li t-tieni xahrejn (2) jew tmien (8) ġimgħat ta’ leave tal-ġenituri bla ħlas jistgħu jiġu trasferiti bejn il-ġenituri, iżda ma jitħallas ebda benefiċċju.
L-Avviż Legali 201 tal-2022, jipprovdi li l-ewwel tmien (8) ġimgħat ta’ leave tal-ġenituri / adozzjoni impjegati jitħallsu lil min iħaddem f’isem impjegati li jkunu ġenituri jew ġenituri adottivi. Ir-rata tal-ħlas applikabbli hija r-rata tal-miżżewġin stabbilita għall-Benefiċċju tal-Mard għal dik is-sena ta’ meta jittieħed il-leave tal-ġenituri.
Min iħaddem għandu jitlob rifużjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal massimu ta’ tmien (8) ġimgħat ta’ perjodu ta’ leave tal-ġenituri / adozzjoni f’erba’ (4) pagamenti ta’ ħlas ta’ ġimgħatejn (2) kif se jiġi spjegat aktar ‘il quddiem. L-ewwel erba’ (4) ġimgħat li jistgħu jintalbu sakemm it-tifel/tifla ikun/tkun ikollu/ikollha erba’ (4) snin, jew separatament f’żewġ (2) partijiet ta’ ġimgħatejn (2), jew f’talba waħda (1) ta’ erba’ (4) ġimgħat Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni.
Bħala kumpens il-Kontribuzzjoni għall-Fond tat-Trust tal-Maternità / Adozzjoni li daħlet fis-seħħ mill-4 ta’ Lulju 2015 permezz tal-Avviż Legali 257 tal-2015 (Att dwar Trusts u Trustees Kap. 331.), għandha tiġi aġġustata biex tirrifletti l-intitolamenti tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja stabbiliti bl-Avviż Legali 201. tal-2022, tat-12 ta’ Lulju 2022.
Is-Servizz Pubbliku u l-Entitajiet tas-Settur Pubbliku, Awtoritajiet, Aġenziji u Korporazzjonijiet Pubbliċi huma eżenti mill-kontribuzzjoni ta’ din l-iskema. Madankollu, l-impjegati tas-Servizz Pubbliku u tas-Settur Pubbliku huma intitolati għal Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni, imma mhux intitolat biex jiġi rifondat mill-Ministeru/Entità involuti.
X’se tingħata
Taħt din l-iskema, min iħaddem iħallas massimu ta’ tmien (8) ġimgħat ta’ Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni lill-impjegati tagħhom wara t-twelid/adozzjoni tat-tifel/tifla. Umbagħad japplikaw permezz ta’ applikazzjoni speċifika online għal Rifużjoni skont ir-rati ta’ benefiċċji applikabbli mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali meta l-impjegat jirritorna għax-xogħol. Għandha ssir talba għal rifużjoni għal kull impjegat/a individwali u għal kull wild kif ġej:
- Ħamsin fil-mija (50%) jew erba’ (4) ġimgħat tad-dritt imħallas għal-leave tal-ġenituri sa meta t-tifel/tifla ikollu/ikollha erba’ (4) snin;
- Ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) jew ġimagħtejn (2) tad-dritt imħallas għal-leave tal-ġenituri sa meta t-tifel/tifla ikollu/kollha bejn ħames (5) u sitt (6) snin, u
- Ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) jew ġimagħtejn (2) tad-dritt imħallas għal-leave tal-ġenituri sa meta t-tifel/tifla ikollu/ikollha bejn seba’ (7) u tmien (8) snin.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Il-Wild irid ikun twieled jew ġie addottat fi 02/08/2022 jew wara.
- Għall-Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni jeħtieġ li jkun hemm prova ta’ twelid / adozzjoni mill-persuna impjegata għal mill-inqas sena (1) kalendarja qabel id-data tat-Talba għal Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni, lill-imgħallem tagħha li jkun qed jagħmel it-talba f’isimha.
- Dan ifisser li l-impjegat għandu jkun impjegat mal-imgħallem li jkun qed jagħmel it-talba f’ismu, mill-anqas għal perjodu ta’ sena (1) kalendarja qabel id-data tal-bidu tal-Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni.
- Peress li persuni li jaħdmu għalihom infushom ma jikkontribwixxux għal Fond tal-Leave tal-Maternità / Paternità, mhumiex intitolati għal talbiet tal-Fond tal-Paternità. Għalhekk, dawn l-iskemi huma applikabbli biss għall-persuni impjegati, u t-talbiet għal rifużjoni mill-Fond isiru mill-Fond għal min iħaddem, skont ir-rati applikabbli hekk kif stabbiliti għal kull skema.
Xenarji Oħra
- Il-Kontribuzzjoni tal-Maternità- Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja xorta għandha titħallas skont il-paga bażika ta’ kull ġimgħa għall-impjegati li jitħallsu bin-nofs paga.
- Għandu jitħallas ukoll għal part-timers li jaħdmu sigħat irregolari. Dan għandu jiġi kkalkulat skont il-paga bażika ta’ kull ġimgħa.
Skejjel tal-Knisja
Għalliema li jaħdmu fl-Iskejjel tal-Knisja mhumiex ikkunsidrati bħala uffiċjali pubbliċi u għalhekk il-Kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità għandha titħallas fir-rigward tagħhom.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Irċevuti tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali maħruġa mill-Kummissarju tat-Taxxi (CfR), li tkopri sena qabel it-Talba tal-Leave għall-Ġenituri / Adozzjoni, fejn turi l-ammont ta’ contribuzzjonijiet tal-Maternità mħallsa minn min iħaddem f’isem l-impjegati.
- Slips tal-Paga għall-paga/salarju mħallsa waqt il- Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni, fejn il-payslip trid turi ċar il-leave tal-ġenituri bir-rata ta’ miżżewġin..
- FS3 tas-sena kalendarja preċedenti tal-applikazzjoni.
- Fil-każ ta’ ġenituri separati, il-ġenitur li jagħmel it-talba għandu jipprovdi evidenza ċċertifikata li hu/hi jgawdi l-kustodja legali tat-tifel/tifla.
- Lista ta’ Impjegati tal-Kumpanija minn JobsPlus, li tindika d-data tal-bidu tal-impjieg mill-inqas sena (1) qabel it-Talba tal-Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni u li ma tkunx iktar antika minn ġimgħa mid-data tal-applikazzjoni.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.