Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Regolamenti tal-2022 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw. Applikazzjonijiet u Informazzjoni relatata ppubblikati online.

03/08/2022 | Aħbar Riċenti

Talba mill-Fond talLeave għall-Fostering

Kemm impjegati nisa kif ukoll irġiel huma intitolati għal erba’ (4) xhur għal kull wild Leave għall-fostering li jrid jittieħed sakemm it-tifel/tifla ikun/tkun għalaq/għalqet it-tmien (8) snin. L-ewwel xahrejn (2) jew tmien (8) ġimgħat mhumiex trasferibbli u huma eliġibbli għall-ħlas tal-benefiċċji. Filwaqt li t-tieni (2) xahrejn jew tmien (8) ġimgħat huma trasferibbli bejn il-ġenituri iżda ma jitħallsu ebda benefiċċju.

L-Avviż Legali 201 tal-2022, jipprovdi li l-ewwel tmien (8) ġimgħat ta’ leave tal-ġenituri jitħallsu lil min iħaddem f’isem impjegati li huma foster parents iċċertifikati. Ir-rata tal-ħlas applikabbli hija r-rata tal-Miżżewġin stabbilita għall-Benefiċċju tal-Mard. Aqra aktar.

Talba mill-Fond tal-Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni

Kemm impjegati nisa kif ukoll irġiel huma intitolati għal erba’ (4) xhur Leave tal-Ġenituri / Adozzjoni għal kull wild, li jrid jittieħed sakemm it-tifel/tifla ikun/tkun għalaq/għalqet it-tmien (8) snin. L-ewwel xahrejn (2) jew tmien (8) ġimgħat mhumiex trasferibbli u huma eliġibbli għall-ħlas tal-benefiċċji. Filwaqt li t-tieni xahrejn (2) jew tmien (8) ġimgħat huma trasferibbli bejn il-ġenituri, iżda ma jitħallsu ebda benefiċċju.

L-Avviż Legali 201 tal-2022, jipprovdi li l-ewwel tmien (8) ġimgħat ta’ leave tal-ġenituri / adozzjoni jitħallsu lil min iħaddem f’isem impjegati li jkunu ġenituri jew ġenituri adottivi. Ir-rata tal-ħlas applikabbli hija r-rata tal-Miżżewġin stabbilita għall-Benefiċċju tal-Mard. Aqra aktar.

Talba mill-Fond tal-Leave tal-Paternità / Paternità-Adozzjoni

 Il-Leave tal-Paternità jgħodd għall-missirijiet, jew għat-tieni ġenitur, li jkunu impjegati. Ħaddiema li jkunu missirijiet jew it-tieni ġenituri ekwivalenti għandhom id-dritt għal għaxart (10) ijiem ta’ leave mix-xogħol fl-okkażjoni ta’ twelid ta’ wild jew adozzjoni. Dan il-leave ikun bi ħlas sħiħ mill-imgħallem lill-impjegat kkonċernat, u dan sakemm l-impjegat ikun jaħdem mal-istess imgħallem minn sena qabel it-twelid ġdid jew adozzjoni.

Min iħaddem ikun irid japplika għall-rifużjoni tal-paga imħallsa waqt dan il-leave lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Aqra aktar.

Feedback