Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Kif tħaddem il-Benefiċċji u Servizzi tas-Sigurtà Soċjali permezz tal-użu tal-e-ID

01/09/2026 | Aħbar Riċenti

Mistoqsija: X’inhu l-kont tal-e-ID?

Tweġiba: Meta resident f’Malta jingħata karta tal-Identità, ikun jista’ jirreġistra għall-kont tal-e-ID tiegħu, li huwa meħtieġ biex taċċessa servizzi tal-Gvern online. It-taqsima tal-Karta tal-Identità hija l-Awtorità kompetenti biex toħroġ kontijiet tal-e-ID għal dawk ir-residenti li jgħixu f’Malta.

Mistoqsija: Kif nista’ nirreġistra biex tingħatali e-ID?

Tweġiba: Peress li inti awtomatikament tingħata kont e-ID meta tinħariġlek il-karta tal-identità Maltija, kull ma għandek tagħmel hu li tikkuntattja l-aġenzija tal-Gvern Malti Identità fuq [email protected] jew bit-telefon fuq (+356) 25904300 sabiex tiġi vverifikata l-indirizz tal-email u n-numru tal-mowbajl tiegħek marbuta man-numru tal-karta tal-identità tiegħek. Ladarba tlesti dan il-proċess, tkun tista’ tidħol f’kwalunkwe servizz tal-Gvern online wara li tiġi awtentikat.

Mistoqsija: Kif nillogja bil-e-ID biex nissottometti applikazzjoni għall-benefiċċju jew naċċessa servizz ta’ Sigurtà Soċjali?

Tweġiba: Biex tilloggja bil-e-ID biex tissottometti applikazzjoni online jew servizz tas-Sigurtà Soċjali, trid l-ewwel iddaħħal in-Numru tal-Karta tal-Identità tiegħek u l-password kif indikat hawn isfel. Bħala pass addizzjonali ta’ sigurtà, ġiet introdotta l-awtentikazzjoni b’żewġ fatturi (2FA) wara li ddaħħal in-numru tal-karta tal-identità u l-password tiegħek. Dan huwa muri fl-immaġni hawn taħt. Dan il-proċess jeħtieġ li ddaħħal kodiċi ta’ 6 ċifri, li jintbagħat jew fuq il-mowbajl tiegħek jew fuq l-indirizz tal-email tiegħek. Wara, inti tiġi ridirett awtomatikament lejn l-applikazzjoni jew is-servizz li tkun għażilt.

Mistoqsija: Għaliex hija importanti li ma nurix il-password tal-e-ID tiegħi?

Tweġiba: Huwa important ħafna li l-password tal-e-ID tiegħek qatt ma tinqasam ma’ persuni oħra, peress li din tagħti aċċess għad-dettalji personali tiegħek kollha u għat-talbiet tiegħek madwar id-dipartimenti u l-entitajiet kollha tal-gvern. Huwa wkoll rakkomandat li dejjem tillogja ‘l barra ladarba tkun lest mis-sottomessjonijiet online tiegħek.

Mistoqsija: X’irrid nagħmel jekk ninsa x’inhi l-password tal-e-ID tiegħi?

Tweġiba: Jekk tinsa x’inhi l-password tal-e-ID tiegħek, inti mitlub tikklikkja fuq ‘Insejt il-Password’ kif indikat hawn isfel. Hawnhekk tkun mitlub biex iddaħħal password ġdida, filwaqt li tintbagħatlek email jew numru tal-mowbajl għall-verifikazzjoni.

Mistoqsija: Jekk kif nilloggja bil-e-ID biex nissottometti applikazzjoni ninduna li l-informazzjoni personali tiegħi mhumiex korretti, x’irrid nagħmel?

Tweġiba: Jekk meta tilloggja bil-e-ID tinduna li hemm informazzjoni li tidher mhux korretti, hemm żewġ affarijiet li trid tiddentifika.

  • Jekk huma l-Isem, Kunjom jew l-Indirizz li mhux korretti, trid tikkuntattja lil Identity Malta fuq [email protected] jew ċempel (+356) 25904300.
  • Jekk l-informazzjoni skorretta hija dik tal-indirizz elettroniku jew in-numru ta’ kuntatt, f’dak il-każ tista’ taġġorna d-dettalji billi tilloggja fuq is-sit https://eid.gov bil-kredenzjali tal-e-ID tiegħek u tagħmel it-tibdil li hemm bżonn mis-sezzjoni ‘Settings ta’ Kuntatt’. It-tibdil li tagħmel ikunu instantanji b’dak li tibdel. Minn dan is-sit tista’ ukoll tibdel il-password tal-e-ID tiegħek.

Mistoqsija: Għalfejn għandi nuża l-e-ID biex nissottometti u naċċessa applikazzjoni jew servizz online?

Tweġiba: Hemm ħafna benefiċċji meta tuża l-e-ID biex tissottometti applikazzjoni online jew biex taċċessa xi servizz. Dawn il-benefiċċji huma li l-applikazzjoni tkun aktar magħġġla, iktar konvenjenti u jkollok aċċess immeddjat għas-servizzi mingħajr il-bżonn li tattendi fiżikament, jew tistenna f’xi kju ta’ klijenti, f’xi ċentri ta’ servizz.gov.

Mistoqsija: X’se nigwadanja meta naċċessa servizzi online bl-użu tal-e-ID?

Tweġiba: Meta taċċessa servizzi online bl-użu tal-e-ID, tkun ipprovdut b’informazzjoni instantanja u ta’ ħin reali dwar dettalji personali tiegħek hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Mis-servizz ta’ Monitoraġġ ta’ Applikazzjoni, tkun tista’ tara l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek. Tista’ tagħmel emendi fid-dettalji personali tiegħek hekk kif miżmuma mid-Dipartiment li jista’ jiġi aċċessat mill-Web App mySocialSecurity.

Mistoqsija: Jekk jien ċittadin tal-Unjoni Ewropea (UE) u nippreferi li ma napplikax għall-karta tal-identità Maltija, u għalhekk ma nkunx nista’ nuża l-proċess ta’ awtentikazzjoni, kif nista’ xorta waħda napplika għal benefiċċju jew nagħmel użu minn xi servizz ipprovdut mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Tweġiba: Minħabba d-dritt tal-Libertà tal-Moviment, għandek id-dritt li ma tapplikax għal karta tal-identità Maltija, għalhekk jekk tixtieq tagħmel użu mis-servizzi online jew tapplika permezz ta’ applikazzjonijiet online, ikollok tattendi personalment f’wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov sabiex l-applikazzjoni jew it-talba tkun tista’ ssir f’ismek minn aġent ta’ servizz.gov.

Mistoqsija: Jekk waqt li nkun qed nawtentika bil-e-ID jitlali li għandi żball, kif nista’ nirrisolvi l-problema?
Tweġiba:
Kulltant żmien, il-portal tal-e-ID ikollu bżonn jitnaddaf mill-cache. Jekk jiġri hekk, sempliċiment imxi mal-passi t’hawn taħt biex tillogja b’suċċess bil-e-ID tiegħek biex tuża s-servizzi online tagħna.

  1. Illogja fil-Portal tal-e-ID u ikkonferma l-identità tiegħek permezz tal-verifika b’żewġ passi (2FA).
  2. Ikklikkja fuq “Immaniġġja l-Aċċessi”.
  3. Iftaħ il-menu “Aċċess għad-Data”.
  4. Sib “Social Security Service Provider at MITA” u ikklikkja “Irtira l-Aċċess”.
  5. Wara li tagħżel biex tirtira l-aċċess, illogja ‘l barra mill-portal u erġa’ pprova idħol fis-servizz online.

Jekk xorta jibqa’ jitlalek l-iżball waqt il-proċess tal-awtentikazzjoni, jekk jogħġbok uża l-paġna ikkuntattjana biex tindika liema servizz online qed jagħtik il-problema, fejn tingħataw il-gwida u l-assistenza meħtieġa skont il-każ tiegħek.