Għajnuna
Kif Tikseb Għajnuna mis-Sigurtà Soċjali
Il-website tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tipprovdi informazzjoni u links għas-servizzi online tas-Sigurtà Soċjali li jinkludu: applikazzjoni għal benefiċċji u servizzi, appell għal deċiżjoni, u stima ta’ x’se jkunu l-benefiċċji tiegħek permezz ta’ kalkolaturi tal-benefiċċji, dati tal-ħlas u rati. Iċ-ċittadini b’aċċess għall-internet jistgħu jiksbu għajnuna mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjal, billi tikklikkja hawn. Skont għalxiex qed tapplika, servizz jew benefiċċju, jkollok bżonn dokument ta’ identifikazzjoni u ċerta dokumentazzjoni disponibbli li hija dettaljata fil-folji ta’ informazzjoni.
Ikseb għajnuna bit-telefon
Jekk ma tistax tuża s-servizzi online jew trid titkellem direttament ma’ rappreżentant tas-Sigurtà Soċjali, tista’ ċċempel Freephone 153 għall-għajnuna. Freephone 153 jipprovdi servizzi mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:00 sas-16:00 b’ħinijiet estiżi nhar l-Erbgħa, sas-19:00
Gal Sejħiet Internazzjonali ċempel fuq +356 21255153 (Dan mhux numru tat-telefon bla ħlas).
Ikseb għajnuna personalment
F’ċerti każijiet, ċittadin jista’ jkollu bżonn assistenza biex japplika għal benefiċċju jew servizz u għalhekk ikun meħtieġ li jmur f’ċentru ta’ servizz.gov. Għalkemm jista’ jirriżulta li l-kwistjoni tiegħek teħtieġ li ċċempel jew iżżur ċentru ta’ Servizz.gov, tkun idea tajba li tibda mill-website tas-sigurtà soċjali, li tista’ tipprovdi ħafna mit-tweġibiet għall-mistoqsijiet u ta’ spiss tkun tista’ tieħu ħsieb dak li teħtieġ ħafna aktar malajr, u b’mod aktar konvenjenti qabel ma tipprova toroq oħra.
Ċentri tas-servizz.gov
servizz.gov hija l-aġenzija li tgħaqqad is-servizzi kollha tal-gvern flimkien, u tmexxi 24 ċentru madwar Malta. Huwa pont bejn is-Servizz Pubbliku ta’ Malta u l-pubbliku, li jagħmel is-servizzi tal-gvern aktar aċċessibbli. servizz.gov jagħmel il-ħajja aktar faċli u jiffrankalek il-ħin billi jiffrankalek l-ivvjaġġar lejn uffiċċji fil-Belt Valletta u bnadi oħra.
Ikklikkja hawn biex tara l-ħinijiet tal-ftuħ taċ-ċentri ta’ servizz.gov jew ikklikkja hawn biex tara s-servizzi tal-customer care offruti mill-Kunsilli Lokali.
Żomm f’moħħok
Jekk ma nkunux nistgħu ngħinuk permezz tal-website, Freephone 153 jew iċ-ċentri ta’ servizz.gov, naraw kif nistgħu ngħinu u nipprovdu s-servizz li tlabt. Ikklikkja hawn biex tibgħatilna l-feedback tiegħek.