Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Irrapporta Mewt ta’ Benefiċjarju tas-Sigurtà Soċjali

Ħarsa ġenerali

Meta benefiċjarju tas-Sigurtà Soċjali jmut, il-mewt għandha tiġi rrappurtata lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Għaldaqstant, hemm ċerti passi li għandhom jittieħdu biex jitwaqqfu l-benefiċċji jew jiġu ttrasferiti l-pagamenti lil superstiti eliġibbli.

Jekk ma tiġix irrapportata l-mewt ta’ benefiċjarju tas-Sigurtà Soċjali jista’ jinqala xi problemi għal numru ta’ raġunijiet. L-ewwelnett, peress li ħafna mill-benefiċċji mid-dipartiment jitħallsu bil-quddiem, wara li jmut il-benefiċjarju, kwalunkwe pagament riċevut mis-Sigurtà Soċjali jkollu jiġi rritornat. Jekk id-data tal-mewt tikkoinċidi mad-data tal-pagament, ma jinħoloq ebda ħlas żejjed. Madankollu, jekk il-benefiċjarju rċieva pagament wara d-data tal-mewt jew kwalunkwe xahar ta’ wara, dak il-pagament jitqies bħala ħlas żejjed u jkollu jitħallas lura lid-DSS mill-konjuġi jew mill-werrieta.

Li tkompli tirċcevi benefiċċji wara li xi ħadd imut, anke jekk dik il-persuna kienet konjuġi u l-benefiċċji jmorru f’kont konġunt huwa reat. It-tieni, jekk tonqos milli tirrapporta l-mewt jista’ jikkawża li xi benefiċjarju ieħor ma jirċevix il-benefiċċji tas-superstiti tas-Sigurtà Soċjali.

L-imwiet lokali jridu jiġu rreġistrati f’wieħed mill-uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku. Waqt tali żjara, il-karta tal-identità tal-mejjet tkun trid tiġi rritornata. Għalhekk, huwa rakkomandabbli li qraba/ħbieb tal-mejjet jagħmlu kopja tal-karta tal-identità.

X’se tingħata

Wieħed jista’ jissottometti kopja taċ-ċertifikat oriġinali tal-mewt jew tad-difna online lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Il-metodu ewlieni biex tagħmel dan ir-rapport huwa billi tissottometti kopja oriġinali taċ-ċertifikat tal-mewt li jservi bħala evidenza tal-mewt tal-individwu. Peress li dan id-dokument uffiċċjali jieħu bejn tlieta (3) u sitt (6) ġimgħat biex jinħareġ, iċ-ċertifikat tad-dfin maħruġ mill-Kappillan jiġi aċċettat ukoll. Huwa kruċjali li tirrapporta mewt fl-inqas żmien possibbli biex tipprevjeni li jibqgħu ħerġin pagamenti tal-benefiċċji bla bżonn, filwaqt li jittieħdu l-ewwel azzjonijiet neċessarji għal xi superstiti li jista’ jkun hemm. Il-mewt jista’ jiġi rrapurtat minn xi qarib jew persuna oħra, sakemm jiġi pprovdut iċ-ċertifikat oriġinali tal-mewt.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

Jekk taħseb li tista’ tkun eliġibbli biex tirċievi benefiċċji tas-superstiti tas-Sigurtà Soċjali wara l-mewt ta’ benefiċjarju, hemm xi passi li jkollok bżonn tieħu biex tapplika għalihom. L-ewwel waħda hija li tirrapporta l-mewt lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Tista’ wkoll tibda l-proċess ta’ applikazzjoni fl-istess ħin li tirrapporta l-mewt.

Il-werriet/werrieta jistgħu jitolbu li jirċievu mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali l-bilanċ tal-Benefiċċju/i tas-Sigurtà Soċjali li kellu jkun intitolat għalihom il-benefiċjarju mejjet.

Kif taċċessa s-servizz

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.