Irrapporta Mewt ta’ Benefiċjarju tas-Sigurtà Soċjali

Ħarsa ġenerali

Meta benefiċjarju tas-Sigurtà Soċjali jmut, il-mewt għandha tiġi rrappurtata lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Għaldaqstant, hemm ċerti passi li għandhom jittieħdu biex jitwaqqfu l-benefiċċji jew jiġu ttrasferiti l-pagamenti lil superstiti eliġibbli. Jekk ma tiġix irrapportata l-mewt ta’ benefiċjarju tas-Sigurtà Soċjali jista’ jkun problematiku għal xi raġunijiet. L-ewwelnett, peress li ħafna mill-benefiċji mid-dipartiment jitħallsu bil-quddiem,  kwalunkwe pagament iriċevut mis-Sigurtà Soċjali wara li jmut il-benefiċjarju jkollu jiġi rritornat. Li tkompli tirċcevi benefiċċji wara li xi ħadd imut, anke jekk dik il-persuna kienet konjuġi u l-benefiċċji jmorru f’kont konġunt huwa reat. It-tieni, jekk tonqos milli tirrapporta l-mewt jista’ jikkawża li benefiċjarju ma jirċevix il-benefiċċji tas-superstiti tas-Sigurtà Soċjali.

X’se tingħata

Wieħed jista’ jissottometti kopja taċ-ċertifikat oriġinali tal-mewt jew tad-difna online lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ċertifikat tal-mewt maħruġ mill-Kappillan huwa aċċettat ukoll.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

Jekk taħseb li tista’ tkun eliġibbli biex tirċievi benefiċċji tas-superstiti tas-Sigurtà Soċjali wara l-mewt ta’ benefiċjarju, hemm xi passi li jkollok bżonn tieħu biex tapplika għalihom. L-ewwel waħda hija li tirrapporta l-mewt lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Tista’ wkoll tibda l-proċess ta’ applikazzjoni fil-ħin li tirrapporta l-mewt.

Il-werriet/werrieta jistgħu jitolbu li jirċievu mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali l-bilanċ tal-Benefiċċju/i tas-Sigurtà Soċjali li kellu jkun intitolat għalihom il-benefiċjarju mejjet.

In-notifiki lokali tal-imwiet għandhom ikunu rreġistrati wkoll ma’ Identity Malta.

Kif taċċessa s-servizz

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.