Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ (DSS)

Overview

L-Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux miżżewweġ tista’ tingħata lill-ġenitur waħdu u mhux miżżewweġ li m’għandux xogħol bi qligħ.

What you’ll get

L-Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux miżżewweġ titħallas kull erba’ (4) ġimgħat.

L-Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux miżżewweġ titħallas b’rata sħiħa jekk l-applikant huwa waħdu, jgħix waħdu u għandu l-kura u l-kustodja ta’ tfal. Għaldaqstant, jekk l-applikant ikun qed jgħix ma ġenitur/i jew persuna oħra, l-applikant jkun intitolat għal 75% tar-rata tal-Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ.

Minn Jannar 2022, il-benefiċjarji tal-Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ se jkunu intitolati għall-allowance sħiħa għall-għoli tal-ħajja (COLA).

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Application Requirements

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant/a huwa/hija l-persuna responsabbli tal-familja u m’għandux/hiex xogħol bi qligħ.
  • L-applikant/a i/trid i/tkun waħdu/waħeda u għandu/ha l-kura u l-kustodja ta’ tfal.
  • L-applikant/agħandu/ha jissodisfa t-Test tal-Mezzi Kapitali. Ir-riżorsi kapitali għal persuna waħeda m’għandux jaqbeż l-erbatax-il elf ewro (€14,000).
  • Kull dħul li ġej minn Kirjiet, Interessi Bankarji minn Kapital, Stokks u Ishma, Manteniment u kwalunkwe Dħul ieħor , m’għandux jeċċedi r-rata ta’ Għajnuna Soċjali skont il-familja.