Appuntament mal-Bord Mediku – Skedar mill-Ġdid, Kanċellazzjoni jew Vista d-Dar (DSS)
Overview
L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) (Kap. 318.) jistabbilixxi fost l-oħrajn dispożizzjonijiet, li persuna tista’ tkun intitolata li tirċievi benefiċċju, pensjoni, assistenza jew allowance (minn hawn ‘il quddiem imsejħa benefiċċju) taħt dan l-Att, wara l-parir tal-bord mediku u panel multi-dixxiplinarju tad-Dipartiment, fejn applikabbli, skont il-proviso tal-artikolu 106.
B’riżultat ta’ dan, hemm drabi meta persuna, li ġiet skedata biex tattendi għal bord mediku relatat ma’ benefiċċju, ikollha tipposponi jew tikkanċella l-appuntament jew titlob li ssir vista d-dar. Jekk il-persuna tonqos milli tattendi għall-bord mediku mingħajr raġuni ġustifikata, benefiċċju li jkun qed jistenna valutazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jista’ jitwaqqaf. Dan jista' jirriżulta wkoll fi ħlas żejjed ta' benefiċċju.
Ċertifikat mediku huwa meħtieġ biex isostni talba biex tiskeda mill-ġdid Appuntament mal-Bord Mediku f’każ ta’ mard.
Applikazzjonijiet għall-benefiċċji elenkati hawn taħt jiġu riferuti lill-bord mediku u panel multi-dixxiplinarju tad-Dipartiment għall-evalwazzjoni:
- Assistenza għal Diżabilità Severa.
- Għajnuna Soċjali.
- Allowance għal Tfal b'Diżabilità.
- Assistenza għal Mard.
- Għotja għall-Ħalib.
- Benefiċċju ta' Diżabilità relatat ma' Ftehim Reċiproku għal dawk li jgħixu barra minn Malta.
- Benefiċċju għal Mard (relatat maċ-Ċertifikat Mediku Blu).
- Benefiċċju għal Korriment (kemm jekk relatat ma' korriment fuq il-post tax-xogħol jew mard / kundizzjoni medika kkawżata mill-post tax-xogħol).
What you’ll get
- Faċilità biex tiskeda mill-ġdid jew tikkanċella Appuntament mal-Bord Mediku.
- F’każijiet biss fejn il-persuna hija kostretta li toħroġ mid-dar, persuna tista’ titlob għal vista d-dar flok tattendi personalment għall-appuntament tal-bord mediku. Irid jiġi preżentat ċertifikat mediku fejn jindika r-raġuni ta’ saħħa għalfejn ma tistax tattend personalment. F’każijiet bħal dawn, jintbagħatu uffiċjal mid-Dipartment tas-Sigurtà Soċjali, kif ukoll żewġ (2) tobba. Il-persuna tkun infurmata minn qabel bid-data li tkun ser issir il-vista d-dar.
Application Requirements
Kif tiskeda mill-ġdid jew tikkanċella appuntament tal-Bord Mediku
Persuna tista' tuża wieħed mill-metodi indikati hawn taħt biex tipposponi jew tikkanċella appuntament fejn tkun iggwidata jew ikkuntattjata dwar kif tiskeda appuntament ieħor billi:
Iċċempel | Freephone 153 |
Talba Online | Ikklikkja hawn |
Tmur b’mod personali | f’wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov |
Biex tiskeda mill-ġdid jew tikkanċella appuntament mal-Bord Mediku fl-istess jum | ċempel fuq in-numru tat-telefon 25903233 |
Eligibility
Kriterji ġenerali ta' eliġibilità:
- Persuna li l-attendenza tagħha għal Bord Mediku tkun ġiet skedata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.