Assistenza għal Diżimpjieg (DSS)
Overview
L-Assistenza għal Diżimpjieg tista’ tingħata lil persuna responsabbli tal-familja li tkun qed tirreġistra għax-xogħol taħt il-Parti 1 tar-Reġistru tad-Diżimpjieg.
What you’ll get
L-Assistenza għal Diżimpjieg titħallas kull ġimgħa u tingħata lil persuna responsabbli tal-familja fir-rigward tagħha u l-membri l-oħra li jiffurmaw parti mill-familja li tgħix fid-dar.
L-Assistenza titħallas b’rata sħiħa jekk l-applikant/a hija persuna waħeda u qed tgħix waħeda. Mill-banda l-oħra, jekk persuna qed tgħix ma’ xi ħadd ieħor li hija qarib (eskluż il-ġenitur/i), l-applikant/a i/tkun intitolat/a bir-rata ta’ 75% tar-rata tal-Assistenza għal Diżimpjieg.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Application Requirements
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Kont tad-Dawl u l-Ilma riċenti fejn juri n-numru ta’ membri li jgħixu fid-dar.
- Rendikonti riċenti tal-Bank tal-kontijiet kollha lokali u barranin.
- Dokumenti relattivi tal-valur ta’ kwalunkwè Stokks / Ishma / Bonds u d-dħul li dieħel minnhom.
- Valur tas-suq ta’ kull proprjetà vakanti f'Malta u / jew barra (li mhix Dar ta' Residenza u / jew Residenza tas-Sajf).
- Kopja tal-irċevuta riċenti jew kuntratt tal-kera jekk id-dar tar-residenza tkun mikrija. Din għandha turi dettalji ta’ min ikun qed jagħmel il-ħlas tal-pagamenti tal-kera. Jew inkella tiġi mimlija id-dokument Anness 2 – Dikjarazzjoni tal-Kera mill-propjetarju tal-post mikri. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument.
- Kopja tal-kuntratt tal-kera jekk tirċievi kera li tkun ġejja minn proprjetajiet oħra.
- Dokument ta’ Korroborazzjoni (Anness 3) jekk l-applikant/a j/tkun qed tgħix ma’ terzi persuni. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument.
- Kopja tal-liċenzji tas-sewqan tal-persuna responsabbli tal-familja u jekk applikabbli tal-konjuġi / sieħeb / sieħba.
- Kuntratt ta’ separazzjoni / divorzju ffirmat u datat, fejn juri l-manteniment riċevut, jekk ikun il-każ.
- Kopja tal-payslip riċenti tal-konjuġi / sieħeb / sieħba jekk j/taħdem.
- Dokument fejn juri dħul minn xi tip ta’ taħriġ li JobsPlus jista’ jibgħat lill-applikant/a. Dan jista’ jirriżulta f’differenza ta’ pagament tal-benefiċċju.
Kif tapplika
Imla u ibgħat il-formola online.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-applikant/a huwa l-persuna responsabbli tal-Familja.
- L-applikant/a i/trid tkun qed j/tirreġistra taħt l-Ewwel Parti (1) tar-Reġistru ta’ Diżimpjieg mal-JobsPlus.
- L-applikant għandu jissodisfa t-Test tal-Mezzi Kapitali. Ir-riżorsi kapitali għal koppja m'għandhomx jaqbżu tlieta u għoxrin elf u tliet mitt ewro (€23,300), u erbatax-il elf ewron (€14,000) għal persuna waħeda.
- Kull dħul li ġej minn Kirjiet; Interessi Bankarji minn Kapital, Stokks u Ishma, Manteniment u kwalunkwè dħul ieħor, m'għandux jeċċedi r-rata massima ta’ Assistenza għal Diżimpjieg skont il-familja.
- Mill-1 ta’ Jannar 2022 l-applikant/a li j/tirċievi Assistenza għal Diżimpjieg ser j/tkun eliġibli għaż-żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja.