Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg (DSS)

Overview

L-Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg tista’ tingħata lil:

Application Requirements

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Ċertifikat validu ta’ Protezzjoni Sussidjarja maħruġ mill-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) f’Malta.
  • L-aħħar Kont tal-Ilma u d-Dawl ta’ fejn j/tirrisjedi l-applikant/a.
  • Rendikonti riċenti tal-Bank (kontijiet bankarji lokali u barranin).
  • Dokumenti relattivi tal-valur ta’ kwalunkwe Ħażniet / Ishma / Bonds u d-dħul derivat minnhom.
  • Valur tas-suq ta’ kull proprjetà vakanti f'Malta u / jew barra (li mhix Dar ta' Residenza u / jew Residenza tas-Sajf).
  • Kopja riċenti tal-irċevuta / kuntratt tal-kera jekk id-dar tar-residenza tkun mikrija.
  • Kopja tal-kuntratt tal-kera jekk il-kera tkun ġejja minn proprjetajiet oħra.
  • Rendikont / dokumenti li juru dħul minn pensjoni jew pensjonijiet ta’ barra.
  • Dokumenti ta’ Separazzjoni / Divorzju jekk ikun il-każ.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant/a huwa / hija l-Persuna responsabbli tal-Familja.
  • L-applikant/a mhux impjegat/a.
  • L-applikant/a i/trid i/tkun fil-pussess ta’ Ċertifikat ta’ Protezzjoni Sussidjarja validu.
  • L-applikant/a i/trid ikollu/ha Karta tal-Identità valida.
  • Kwalunkwe dħul ma jistax jaqbeż il-massimu tar-rata tal-Assistenza Soċjali.
  • L-applikant/a i/trid j/tiddikjara kull Kapital u/jew dħul li ġej minn Malta u/jew Barra minn Malta.
  • L-applikant/a għandu/ha j/tissodisfa t-Test tal-Mezzi Kapitali. Ir-riżorsi kapitali m'għandhomx jaqbżu l-€23,300 (f’każ ta’ koppja), u l-€14,000 (f’każ ta’ persuna waħeda).
  • Kull dħul li ġej minn Kirjiet, Interessi Bankarji minn Kapital, Stokks u Ishma, Manteniment u kwalunkwe dħul ieħor derivat, m'għandux jeċċedi r-rata massima ta’ Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg skont il-familja.

Benefiċjarju għandu jmur personalment f'ċentru ta' servizz.gov kull meta jiġi nnotifikat biex jippreżenta Ċertifikat tal-Verifika tal-Ħajja maħruġ mid-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza.