Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg (DSS)
Overview
Il-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg huwa mmirat biex jassisti lill-koppji jew ġenituri waħedhom li jkunu jaħdmu u għandhom tfal taħt it-tlieta u għoxrin (23) sena, li għadhom dipendenti u jgħixu fl-istess residenza tagħhom.
Dan il-benefiċċju mhuwiex applikabbli għal dawk li bħalissa qed jirċievu t-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.
What you’ll get
l-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg jitħallas kull tliet (3) xhur fl-ewwel Sibt għax-xhur ta’ Jannar, April, Lulju u Ottubru u kull ħlas ikopri t-tliet (3) xhur ta’ qabel. Il-pagamenti huma ddepożitati direttament fil-kont tal-bank. Biex tara jew taġġorna d-dettalji bankarji tiegħek hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jekk jogħġbok ikklikkja hawn fejn tintalab tawtentika bl-e-ID tiegħek.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg.
Application Requirements
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024:
L-applikant irid ikollu tfal taħt it-23 sena li jgħixu fl-istess residenza miegħu.
Dħul iddikjarat hu ibbażat fuq is-Sena Bażi 2022. Intant, l-FS3s u/jew Rendikonti tad-Dħul u l-Ħruġ kollu ta’ kull impjieg kemm full-time u/jew part-time tas-snin 2022 u 2023 huma meħtieġa għall-Applikanti Ġodda biss.
Ġenitur waħdu li l-qligħ nett annwali mix-xogħol tiegħu jkun bejn €6,600 u €23,000 jista’ jitħallas rata sa massimu ta’ €1,550 fis-sena għal kull wild. Dawk bi dħul ta’ bejn €23,001 u €35,000 ir-rata ser tkun ta’ €250 fis-sena għal kull wild. Mhemmx il-bżonn li tapplika għal dan il-benefiċċju jekk id-dħul iddikjarat huwa bejn €23,001 u €35,000 peress li dan ser isir bi proċess awtomatiku.
Koppja fejn it-tnejn jaħdmu u li l-qligħ nett annwali mix-xogħol tagħhom ikun ta’ bejn €10,000 u €35,000, u fejn il-qligħ nett ta’ xi wieħed mill-ġenituri ma jkunx inqas minn €3,000 fis-sena, jistgħu jitħallsu rata sa massimu ta’ €1,550 fis-sena għal kull wild. Dawk il-koppji bi dħul ta’ bejn €35,001 u €50,000 ir-rata ser tkun ta’ €250 fis-sena għal kull wild. Mhemmx il-bżonn li tapplika għal dan il-benefiċċju jekk id-dħul iddikjarat huwa bejn €35,001 u €50,000 peress li dan ser isir bi proċess awtomatiku.
Koppji fejn parti waħda biss tkun taħdem u bi qligħ nett annwali ta’ bejn €6,600 u €26,000, jistgħu jitħallsu rata sa massimu ta’ €780 fis-sena għal kull wild. Dawk il-koppji fejn parti waħda biss tkun taħdem bi dħul ta’ bejn €26,001 u €35,000 ir-rata ser tkun ta’ €250 fis-sena għal kull wild. Mhemmx il-bżonn li tapplika għal dan il-benefiċċju jekk id-dħul iddikjarat huwa bejn €26,001 u €35,000 peress li dan ser isir bi proċess awtomatiku.
Jekk kellek bidla fiċ-ċirkustanzi, bħal separazzjoni, żwieġ, koabitazzjoni, telf ta’ impjieg, żieda fid-dħul minn impjieg jew it-tfal li kont qed tirċievi l-benefiċċju għalihom ħallew id-dar, huwa importanti li d-Dipartiment ikun infurmat immedjatament. Jekk id-dipartiment ma jiġix infurmat fil-ħin, jista’jirriżulta fi ħlas żejjed li mbagħad jeħtieġ li jiġi rritornat.
Nota: Dħul nett mix-xogħol ifisser id-dħul kollu relatat max-xogħol (bħas-salarju, sahra, kummissjoni, fringe benefits, eċċ) u mnaqqas l-ammont imħallas bħala kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
Applikanti ġodda biss huma mitluba li jissottomettu dokumentazzjoni relatata mid-dħul ta’ kull impjieg full-time u/jew part-time tagħhom tas-snin 2022 u 2023, kif ukoll kull dħul ieħor minn xi impjieg barra minn Malta, fejn applikabbli.
FS3s għandhom ikunu ppreżentati għal min huwa impjegat, filwaqt li dawk li jaħdmu għal rashom għandhom jippreżentaw Rendikont tad-Dħul u l-Ħruġ tax-xogħol tagħhom.
Mhemmx għalfejn tissottometti applikazzjoni jew tipprovdi dokumentazzjoni għal dan il-benefiċċju jekk tħallast il-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg matul is-sena 2023.