Dettalji Personali – Aġġorna (DSS)
Overview
What you’ll get
Tista' titlob li taġġorna d-dettalji li ġejjin skont il-Karta tal-Identità Maltija tiegħek:
- Numru tal-Karta tal-Identità.
- Isem u Kunjom.
- Identifikazzjoni tas-Sess.
- Data tat-twelid.
- Stat Ċivili
Jekk jogħġbok kun infurmat li dawn il-bidliet mhux se jiġu aġġornati istantanjament peress li jeħtieġ li l-ewwel jiġu vverifikati d-dettalji u jistgħu jieħdu bejn ħames (5) sa għaxart (10) ijiem għall-konferma, skont ma’ jiddependi n-natura tal-każ.
Application Requirements
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Wara s-sottomissjoni, id-dipartiment jivverifika dawn id-dettalji mal-aġenzija tal-gvern Identità. Ladarba verifikati u kkonfermati, id-dettalji tiegħek jiġu aġġornati fir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u tiġi nfurmat bir-riżultat b’notifikazzjoni b’email jekk tkun se tagħmel it-talba online. F’każ li t-talba issir billi tkun żort xi ċentru ta’ servizz.gov, int tista’ tindika jekk tridx tkun infurmat b’email jew b’numru ta’ kuntatt.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Trid tkun detentur ta’ Karta tal-Identità Maltija li tispiċċa b’ittri M, G, L, M, P u A.