Dettalji ta’ Kuntatt (DSS)
Overview
Permezz ta’ dan is-servizz tista’ tbiddel id-dettalji ta’ kuntatt tiegħek kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, li jinkludi d-dettalji tal-indirizz postali, indirizz tal-email, linja fissa, mobajl u n-notifika permezz ta’ SMS tal-pagament kif meħtieġ.
Indirizz postali f'Malta u Għawdex jikkonsisti minn numru tad-dar jew in-numru tal-blokka, kif ukoll kwalunkwe żieda man-numru tad-dar u n-numru tal-appartament, l-isem tat-triq, il-belt jew ir-raħal u l-kodiċi postali. F’każ li trid tibdel l-indirizz postali, trid l-ewwel tibdel id-dettalji fuq il-Karta tal-Identità tiegħek mal-aġenzija tal-gvern maltija Identità. Bħala parti mill-proċess tal-aġġornament tal-indirizz, huwa meħtieġ li jiddaħħlu wkoll il-kodiċi postali.
Tista’ żżid jew taġġorna l-linja fissa tat-telefown, numru tal-mowbajl, jew it-tnejn, fid-dettalji ta’ kuntatt biex jiġu miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Numri ta’ kuntatti rreġistrati barra mhumiex aċċettati. Barra minn hekk, tista’ żżid jew tbiddel l-indirizz tal-email tiegħek kif miżmum mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Intant, minn dan is-servizz, ma tistax tibdel minn indirizz f’Malta għal indirizz barrani jew viċi versa. Lanqas ma tista’ tbiddel minn indirizz ta’ barra li jkun diġa rreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal indirizz ta' pajjiż differenti. Biex tagħmel din it-talba, jekk jogħġbok ikklikkja hawn. F’dan il-każ din l-informazzjoni ma tkunx mibdula instantanjament peress li qabel ikunu jridu jsiru l-verifiki meħtieġa.
L-għażla għall-notifika b’SMS meta tkun ser tirċievi pagament, hija attivata biss għal dawk il-benefiċjarji li jirċievu l-pagamenti dirett il-bank.
What you’ll get
Faċilità biex taġġorna l-indirizz postali miżmum mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali skont id-dettalji li jidhru fuq il-Karta tal-Identità attwali maħruġa mill-agenzija tal-gvern malti Identità.
Faċilità biex taġġorna l-indirizz ta’ kuntatt ta’ barra minn Malta imma xorta tibqa’ bl-indirizz fl-istess pajjiż barrani, jekk diġa rreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Faċilità biex taġġorna l-indirizz ta’ kuntatt ta’ barra minn Malta imma hemm tibdil fil-pajjiż barrani, imma tkun redirezzjonat għal servizz ieħor. Intant dan l-aġġornament ma jkun instantanju.
Faċilità sabiex tbiddel id-dettalji ta’ kuntatt tiegħek online u l-bidla tkun instantanjament meta tuża s-servizz online meta tawtentika bil-e-ID.
Faċilità sabiex tirċevi notifika permezz ta’ SMS bid-data tad-depożitu tal-benefiċċju tiegħek.
Application Requirements
L-utent irid jawtentika bil-e-ID tiegħu sabiex jaċċessa s-servizz tad-Dettalji ta’ Kuntatt.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Tista’ taġġorna biss l-indirizz postali għal dak li jkun hemm imqabbel mal-Karta tal-Identità Maltija attwali tiegħek.
Jekk m’għandekx Karta tal-Identità Maltija, u b’hekk ifisser li int għadek mhux irreġistrat mal-aġenzija tal-gvern malti Identità, tista’ taġġorna id-dettalji ta’ kuntatt tiegħek mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali billi żżur wieħed miċ-ċentri reġjonali ta’ servizz.gov. Trid tipprovdi dokument uffiċċjali validu ta’ identifikazzjoni, bħal ma huma il-Karta tal-Identità temporanja maltija maħruġa mill-aġenzija tal-gvern malti Identità, jew Passaport, bħala mezz ta’ identifikazzjoni u vverifikar tal-firma fuq id-dikjarazzjoni.
Tista’ tagħmel talba biex taġġorna id-dettalji ta’ benefiċjarju/a li int responsabbli għalih/a, ladarba int tkun irreġistrat/a mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bħala Amministratur jew Aġent responsabbli għal dan il-benefiċjarju. Għandek bżonn dokumentazzjoni uffiċċjali tiegħek għal din it-talba sabiex issir verifikazzjoni. Din it-talba ma tistax issir online imma trid tattendi personalment f’wieħed miċ-ċentri reġjonali ta’ servizz.gov.
Rekwiżiti
Biex tuża dan is-servizz online ikollok bżonn:
Kont ta’ e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità.
Alternattivament, jekk mhux ser tuża l-e-ID, ikollok bżonn:
Dokument uffiċċjali biex tiġi vverifikata l-identità tiegħek, bħal Passaport, Karta tal-Identità maħruġa mill-aġenzija maltija tal-gvern Identità, jekk ser iżżur wieħed miċ-ċentri reġjonali ta’ servizz.gov.
Dokument uffiċċjali biex tiġi vverifikata l-identità tiegħek jekk inti Amministratur jew Aġent Aġent reġistrat/a mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u responsabbli ta’ benefiċjarju/a, u qed tagħmel talba biex taġġorna d-dettalji ta’ kuntatt tal-benefiċjarju/a li int responsabbli għalih/a. Intant, jekk hija l-ewwel darba li qed tapplika bħala Amministratur jew Aġent responsabbli għall-benefiċjarju/a, trid tipprovdi kemm dokument uffiċċjali tiegħek, kif ukoll tal-benefiċjarju/a, meta żżur xi wieħed miċ-ċentri reġjonali ta’ servizz.gov.