Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Dritt li Tibqa’ Inxurjat f’Malta – Formola A1 (DSS)

Overview

Id-dokument A1 jiċċertifika liema leġiżlazzjoni tas-Sigurtà Soċjali tapplika għal dak li jkollu l-formola. Ġeneralment tkun meħtieġa f'sitwazzjonijiet fejn persuna impjegata jew persuna taħdem għal rasha ikollha konnessjoni permezz tal-attività tax-xogħol tagħha ma' aktar minn pajjiż wieħed tal- Unjoni Ewropea (UE).

Skont ir-regoli tal- Unjoni Ewropea (UE) persuna tkun soġġetta biss għal-leġiżlazzjoni ta' pajjiż wieħed u tikkonferma li mhix soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' xi pajjiż ieħor li jkollha x'taqsam miegħu. Fi kliem ieħor int ma tkunx obbligat li tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, inkluża assigurazzjoni tas-saħħa, f'pajjiżi oħra. Iċ-ċertifikazzjoni tal-A1 tibqa' valida sad-data li tiskadi fiha, murija fuq il-formola, jew sakemm tiġi rtirata mill-istituzzjoni li tkun ħarġitha.

What you’ll get

Dokument ta’ ċertifikazzjoni tal-A1 jiċċertifika li inti soġġett li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f'Malta waqt li tkun qed tagħmel attività ta' xogħol fi Stat Membru ieħor tal- Unjoni Ewropea (UE). Hekk tkun eżentat milli tkun assigurat darbtejn.

Application Requirements

Dokumentazzjoni ġenerali:

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali

Int eliġibbli għad-dokument ta’ ċertifikazzjoni tal-A1 f'waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi:

  • Meta int tkun mibgħut minn min jimpjegak biex taħdem f'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE) f'ismu għal perjodu massimu ta' erbgħa u għoxrin (24) xahar. Dan jissejjaħ posting.
  • Meta int tkun normalment taħdem għal rasek f'pajjiż tal- Unjoni Ewropea (UE) u tmur tagħmel attività simili f'pajjiż ieħor għal perjodu massimu ta' erbgħa u għoxrin (24) xahar.
  • Meta int tkun normalment taħdem f'aktar minn pajjiż wieħed tal- Unjoni Ewropea (UE) fl-istess żmien jew f'perjodi konsekuttivi.
  • Meta int tkun normalment taħdem għal rasek f'aktar minn pajjiż wieħed tal- Unjoni Ewropea (UE) fl-istess żmien jew f'perjodi konsekuttivi.
  • Meta int tagħmel attività sew bħala impjegat u sew għal rasek f'pajjiżi differenti tal- Unjoni Ewropea (UE).
  • Meta tkun taħdem fis-Servizz Ċivili tagħmel attivitajiet f'aktar minn pajjiż wieħed tal-Unjoni Ewropea (UE).