Eżenzjoni minn ħlas tal-parti tal-Prinċipal tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali minn Anzjani jew Persuni b’Diżabilità u li jimpjegaw Carer (DSS)
Overview
What you’ll get
Iċ-Ċertifikat ta’ Eżenzjoni jinħareġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jeżenta lill-applikant milli jħallas is-sehem tiegħu tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali bħala min iħaddem live-in carer.
Iċ-Ċertifikat ta’ Eżenzjoni huwa validu għal 12-il xahar u għandu jiġi mġedded kull sena jew wara bidla fiċ-ċirkostanzi ta' impjieg tal-live-in carer (impjegat) (eż. bidla fil-live-in carer).
L-applikant (min iħaddem) iħallas il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi I f'isem il-live-in carer (impjegat) lill-Kummissarju tat-Taxxa u ghad-Dwana. kull xahar permess tas-sistema FS5
Madankollu, meta jiġi anness kopja taċ-Ċertifikat ta’ Eżenzjoni maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, l-applikant (min iħaddem) jista' ma jħallasx is-sehem tiegħu ta’ ħlasijiet ta’ Kontibuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mill-ħlasijiet tal-FS-5.
Application Requirements
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali 38, Triq l-Ordnanza Valletta VLT 1021
Eligibility
• Il-live-in carer (impjegat) għandu jkun assigurat taħt is-Sigurtà Soċjali Maltija skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318).
• L-applikant (min iħaddem) għandu jirreġistra l-impjieg tal-live-in carer mal-Jobsplus u l-Kummissarju tat-Taxxa u ghad-Dwana u b'hekk ikollu numru PE (in-numru maħruġ permezz tal-Kummissarju tat-Taxxa u ghad-Dwana meta jirreġistra bħala min iħaddem).
• Il-live-in carer (impjegat) għandu jkollu numru ta’ reġistrazzjoni tas-Sigurtà Soċjali u permess tax-xogħol mill-Jobsplus.