Għajnuna Soċjali (DSS)
Overview
L-Għajnuna Soċjali tista’ tingħata lil persuna responsabbli tal-familja jekk:
ma tistax taħdem minħabba raġunijiet mediċi; jew
ma tistax tidħol f’impjieg minħabba li għandha tfal taħt il-kura u l-kustodja tagħha u hija legalment jew de facto separata.
What you’ll get
L-Għajnuna Soċjali titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.
Jekk il-persuna responsabbli tal-Familja tkun qiegħda tgħix waħeda ma’ uliedha, tkun tista’ tirċievi l-Għajnuna Soċjali f'isimha. Mill-banda l-oħra, jekk il-familja tkun iffurmata minn membri oħra, il-persuna responsabbli tal-familja tirċievi l-Għajnuna Soċjali li tkun tinkludi l-intotaliment tal-membri l-oħra li jiffurmaw parti mill-familja li tgħix fl-istess dar. Minn naħa l-oħra, jekk membru tal-familja ma j/tibqax j/tgħix fl-istess dar residenzjali ir-rata tonqos kif meħtieġ.
F’każ fejn il-persuna responsabbli tal-familja kien qed tirċievi l-Assistenza għal Diżimpjieg u bħalissa qed tirreġistra taħt it-Tieni Parti (wara li tkun ġiet maqtugħha mil-Ewwel Parti tar-Reġistru tal-Impjieg u appella il-każ mal-Awtorità Nazzjonali tax-xogħol), il-konjuġi j/tista’ tkun eliġibbli biex j/tapplika għall-Għajnuna Soċjali tal-Bord. Din l-Assistenza hija soġġetta għad-deċiżjoni ta’ Bord, maħtur skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).
Fil-każ ta’ applikant/a li qed j/tgħix fi proprjetà mikrija, tingħata ewro u sittax-il ċenteżmu (€1.16) fil-ġimgħa bħala allowance tal-kera flimkien mar-rata pagabbli tal-Għajnuna Soċjali.
Kwalunkwè bidla fiċ-ċirkostanza, bħal bidla fl-indirizz, twelid ta’ ulied, bidliet fil-kompożizzjoni tad-dar, deċiżjoni tal-bord mediku, mewt u proċeduri tal-qorti, għandha tiġi nfurmata mmedjatament id-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza, peress li din l-informazzjoni tista’ taffettwa r-rata tal-ħlas tal-benefiċju.
Il-benefiċjarji li għandhom aktar minn tlieta u għoxrin (23) sena u li jidħlu fl-Università jew l-MCAST, ikomplu jirċievu l-istess assistenza sakemm l-istipendju u benefiċċji anċillari oħra riċevuti ma jaqbżux id-differenza bejn l-Għajnuna Soċjali u l-Pagi Minima Nazzjonali. Fil-każ li jeċċedi, l-ammont li jaqbeż il-Paga Minima Nazzjonali biss jiġi mnaqqas mill-Għajnuna Soċjali.
Iklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Application Requirements
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
L-applikant/a huwa l-persuna responsabbli tal-Familja.
L-applikant/a mhux impjegat/a u ma j/tistgħax tirreġistra taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru ta’ Diżimpjieg mal-JobsPlus.
L-applikant għandu jissodisfa t-Test tal-Mezzi Kapitali. Ir-riżorsi kapitali għal koppja m'għandhomx jaqbżu tlieta u għoxrin elf u tliet mitt ewro (€23,300) u erbatax-il elf ewro (€14,000) għal persuna waħeda.
Meta xi wieħed mill-membri tal-koppja jagħlaq l-eta’ ta’ sittin (60) sena jinqaleb għall-Pensjoni tal-Età u d-differenza fir-rata tkompli titħallas mill-Għajnuna Soċjali. L-applikazzjoni għad-differenza fl-Għajnuna Soċjali dejjem issir fuq isem il-Persuna Responsabbli tal-familja.
Kull dħul li ġej minn Kirjiet; Interessi Bankarji minn Kapital, Stokks u Ishma, Manteniment u kwalunkwè dħul ieħor, m'għandux jeċċedi r-rata massima ta’ Għajnuna Soċjali skont il-familja.
Mill-1 ta’ Jannar 2022 l-applikant/a li j/tirċievi Għajnuna Soċjali ser j/tkun eliġibli għaż-żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
Kont tad-Dawl u l-Ilma riċenti fejn juri n-numru ta’ membri li jgħixu fid-dar.
Rendikonti riċenti tal-Bank tal-kontijiet kollha lokali u barranin.
Dokumenti relattivi tal-valur ta’ kwalunkweStokks / Ishma / Bonds u d-dħul li dieħel minnhom.
Valur tas-suq ta’ kull proprjetà vakanti f'Malta u / jew barra (li mhix Dar ta' Residenza u / jew Residenza tas-Sajf).
Kopja tal-irċevuta riċenti jew kuntratt tal-kera jekk id-dar tar-residenza tkun mikrija. Din għandha turi dettalji ta’ min ikun qed jagħmel il-ħlas tal-pagamenti tal-kera. Jew inkella tiġi mimlija id-dokument Anness 2 – Dikjarazzjoni tal-Kera mill-propjetarju tal-post mikri. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument.
Kopja tal-kuntratt tal-kera jekk tirċievi kera li tkun ġejja minn proprjetajiet oħra.
Dokument ta’ Korroborazzjoni (Anness 3) jekk l-applikant/a j/tkun qed tgħix ma’ terzi persuni. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument.
Kopja tal-liċenzji tas-sewqan tal-persuna responsabbli tal-familja u jekk applikabbli tal-konjuġi / sieħeb / sieħba.
Kuntratt ta’ separazzjoni / divorzju ffirmat u datat, fejn juri l-manteniment riċevut, jekk ikun il-każ.
Għal każijiet ta’ separazzjoni fejn il-kuntratt ta’ separazzjoni ma jkunx għadu ffinalizzat, dokument legali minn rappreżentant legali (avukat) tal-ġenitur li qed jagħmel it-talba, fejn irid jissemma l-ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja (de facto) tat-tifel/tifla/tfal, bid-dettalji kollha tal-tifel/tifla/tfal, u tkun imsemmija ukoll id-data effettiva tal-kura u kustodja. Din id-dikjarazzjoni trid tinkludi ukoll ċertifikazzjoni jekk hux qed jitħallas manteniment lill-istess ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja tat-tifel/tifla/tfal.
Kopja tal-payslip riċenti tal-konjuġi / sieħeb / sieħba jekk j/taħdem.
Dokument fejn juri stipendu riċevut u ittra ta’ ammissjoni, f’każ li l-applikant/a miktub/a f’xi kors tal-Università jew MCAST.
Ċertifikat Mediku (Anness 4) f’każ li inkapaċi biex taħdem, li jrid ikun mimli minn tabib tal-familja. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument.
Dikjarjazzjoni konġunta jew hemm talba minn persuna dipendenti fuq il-persuna responsabbli tal-familja (Anness 5). Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument.
Kopja tal-ittra tal-appell indirizzata lill-Awtorità tal-Impjiegi Nazzjonali (NEA) li hemm referenza għaliha fl-Anness 5, jekk applikabbli.
L-ittra ta’ rikonoxximent mill-Awtorità tal-Impjiegi Nazzjonali (NEA), jekk applikabbli.