Pagamenti tas-Sigurtà Soċjali (DSS
Overview
Dan is-servizz huwa ddisinjat għall-benefiċjarji tas-Sigurtà Soċjali li jridu jaraw u jsegwu d-dettalji tal-pagamenti tagħhom. Jipprovdi ħarsa dettaljata u komprensiva tal-Pagamenti tas-Sigurtà Soċjali kollha riċevuti matul l-aħħar ħames (5) snin. Kemm jekk tirċievi pagament b'Ċekk, Kreditu Dirett jew Kreditu ta' Benefiċċju tal-Enerġija, dan is-servizz jippermettilek taċċessa d-dettalji tal-pagamenti tiegħek faċilment.
What you’ll get
B'dan is-servizz, tista':
Tara l-Pagamenti: Aċċessa lista dettaljata tal-Pagament tas-Sigurtà Soċjali tiegħek magħmula b'Ċekk, Kreditu Dirett, u Kreditu ta' Benefiċċju tal-Enerġija tal-aħħar ħames (5) snin.
Dettalji tal-Pagament: Agħżel kwalunkwe pagament mil-lista biex tara dettalji addizzjonali, li jinkludi:
o Informazzjoni dwar l-Intitolament: Ifhem il-bażi tal- ħlas tiegħek.
o Dettalji tal-Kont Bankarju: Ara l-informazzjoni tal-kont bankarju assoċjat mal-pagamenti tal-Kreditu Dirett.
o Dettalji ta' l-Indirizz: Ara d-dettalji ta' l-indirizz marbuta ma' Pagamenti ta' Ċekk.
(Nota: Kreditu għall-Benefiċċju tal-Enerġija ma jinkludix dettalji tal-indirizz).
Application Requirements
Biex taċċessa l-lista tal- Pagamenti tas-Sigurtà Soċjali, trid tawtentika lilek innifsek billi tuża l-kont tal-e-ID tiegħek.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Għandek bżonn kont validu tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità.