Prokura għal Benefiċċji u Pensjonijiet (DSS)
Overview
Din il-ħatra legali tagħti awtorizzazzjoni lil individwu fdat (il-Prokuratur) biex jaġixxi f'isem benefiċjarju tas-sigurtà soċjali. Il-Prokuratur jista’ jieħu ħsieb kwistjonijiet relatati mal-pensjonijiet u l-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali, ġeneralment minħabba li l-benefiċjarju ma jkunx jista’ jattendi personalment f’ċentru ta’ servizz.gov.
What you’ll get
Il-Prokuratur maħtur jirrappreżenta lill-benefiċjarju f'trattamenti mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Dan jinkludi l-ġestjoni tat-talbiet għall-pensjoni, l-applikazzjonijiet għall-benefiċċji, u kwistjonijiet oħra relatati, fejn l-Aġent jista’ jagħmel it-talba jekk iżur ċentru ta’ servizz.gov.
- Jaġġorna d-dettalji ta’ kuntatt tal-benefiċjarju skont id-dettalji kurrenti tal-Karta tal-Identità tal-benefiċjarju.
- Jaġġorna d-dettalji bankarji tal-benefiċjarju, sakemm l-IBAN huwa relatat mal-benefiċjarju.
- Ibiddel il-metodu ta’ kif jitħallas il-benefiċjarju minn ċekk għal depożitu dirett il-bank.
- Jissottometti applikazzjonijiet ta’ benefiċċju/pensjoni f’isem il-benefiċjarju.
- Jistaqsi dwar status ta’ benefiċċju.
- Jekk il-benefiċjarju imut u hemm ħlasijiet pendenti, l-Aġent jiġi mgħarraf dwar dan biex jinforma lid-dipartiment kif ser isir il-ħlas żejjed lura.
Application Requirements
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Persuna ta' fiduċja tista' taġixxi bħala Aġent għal Benefiċjarju/a, li jrid ikun awtorizzat permezz tad-Dokument tal-Prokura.
- Il-benefiċjarju li għalih l-Aġent se jkun responsabbli jrid ikun ta’ aktar minn tmintax-il (18) sena, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor minn liġijiet, regolamenti jew ordni tal-qorti applikabbli.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Il-ħatra ta’ Aġent trid tkun awtentikata minn xhud, bħal Qassis, Tabib jew Speċjalista, Gradwat tal-Univerità, Membru Parlamentari, Maniġer ta’ Bank, Uffiċċjal Pubbliku li għandu grad ta’ mhux inqas minn Prinċipal, jew Uffiċċjal tal-Pulizija li ma jkunx ta’ grad inqas minn Spettur. Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dikjarazzjoni.