Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Reġistrazzjoni għal Warrant ta’ Ħaddiem Soċjali

Overview

Il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali f’Malta hija regolata mill-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali (Kap. 468.) tal-Liġijiet ta’ Malta meta jiġi determinat jekk kandidat prospettiv huwiex eliġibbli biex jipprattika xogħol soċjali f’Malta. Kwalifiki akkademiċi approvati mill-Bord tal-Professjoni tax-Xogħol Soċjali, jikkwalifikaw persuna biex tkun impjegata bħala Ħaddiem Soċjali. Din il-prattika tagħmel lill-persuna kandidat biex issir Ħaddiem Soċjali Reġistrat bil-Warrant kif stipulat fil-kriterji ta’ eliġibilità.

What you’ll get

Warrant mill-Bord tal-Professjoni tax-Xogħol Soċjali biex jipprattika xogħol soċjali f’Malta.

Application Requirements

Jekk jogħġbok ikklikkja hawn biex tapplika online, fejn jintalab ukoll ħlas ta’ ħamsa u għoxrin ewro (€25) għar-reġistrazzjoni.

 

AVVIŻ IMPORTANTI: Wara l-proċess ta’ pagament fl-applikazzjoni online, ġentilment tagħlaqx il-brawżer, peress li l-buttuna “Mur lura għall-Proċess” jeħtieġ li tiġi kklikkjata biex tiġi ffinalizzata s-sottomessjoni tal-applikazzjoni. Jekk din l-azzjoni ma titteħidx, l-applikazzjoni ma tiġix sottomessa b’suċċess.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

Persuni jistgħu jikkwalifikaw għall-ħruġ ta’ warrant fuq il-bażi li dik il-persuna:

 

  • Hi ċittadin Maltija, jew b'xi mod ieħor permess taħdem f'Malta taħt xi liġi; u

  • Hi ta' kondotta tajba; u

  • Ikollha Grad a' Bachelor bl-Unuri fix-Xogħol Soċjali mogħti mill-Università ta' Malta jew ta' kwalifika professjonali oħra kif il-Bord jista' jqis ekwivalenti; u

  • Tissodisfa lill-Bord li tkun irċeviet esperjenza adegwata fil-prattika tal-professjoni ta' xogħol soċjali għal perijodu aggregat ta' mill-inqas sentejn full-time jew l-ekwivalenti tagħha f'part-time wara t-tlestija ta' tali grad jew kwalifika professjonali oħra taħt is-superviżjoni; ta’ ħaddiem soċjali reġistrat” (Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali, 2003, Artikolu 3(3)).


Il-kopji tad-dokumenti oriġinali sottomessi mal-applikazzjoni għandhom ikunu datati u ffirmati minn professjonist, fejn jiġi indikat li d-dokumenti huma kopji vera tad-dokumenti oriġinali.

 

Kwalunkwe dokumentazzjoni barranija ppreżentata, teħtieġ li tiġi tradotta minn traduttur akkreditat.

 

Iċ-ċertifikat tal-MQRIC jeħtieġ li jiċċertifika li l-kwalifika akkademika ngħatat minn istituzzjoni rikonoxxuta u li l-livell miksub kien dak ta’ Livell 6 jew ogħla.