Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Skema ta’ Distribuzzjoni ta’ Ikel Iffinanzjat mill-Istat (DSS)

Overview

L-Iskema ta’ Distribuzzjoni tal-Ikel Iffinanzjat mill-Istat jew kif inhi aktar magħrufa bħala l-SFFD, se tingħata lin-nies l-iktar fil-bżonn, u hija ffinanzjata totalment mill-istat. L-iskema hija mmirata biex tilħaq firxa usa’ ta' nies fil-bżonn. Il-familji li diġà jibbenefikaw mill-Fond għall-Għajnuna Ewropea (FEAD) ma jkunux eliġibbli.

Il-familji mhux se jingħataw ikel b'xejn iżda wkoll l-appoġġ soċjali meħtieġ.

What you’ll get

Din l-iskema minbarra li toffri għajnuna materjali lil familji li huma l-aktar fil-bżonn jew vulnerabbli, se tikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Permezz ta’ din l-iskema, jitqassam ikel bi prodotti tajbin għas-saħħa u li jgħinu lil persuna biex iżżomm dieta bilanċjata u varjata, lil min hu eliġibbli. 

Il-pakkett tal-ikel imwassal lill-familji jinkludi ħalib, zlazi, għaġin, tonn tal-bott u oġġetti essenzjali oħra meħtieġa biex jgħinu fl-appoġġ ta’ individwi li jinsabu f’riskju ta’ faqar.

Dan l-ikel jitqassam żewġ (2) darbiet fis-sena.

Application Requirements

Il-persuna eliġibbli m'għandhiex għalfejn tissottometti applikazzjoni biex tibbenefika minn din l-iskema.

Il-pakketti tal-ikel se jitqassmu f’ċentri mifruxa madwar Malta u Għawdex biex jiffaċilitaw kemm jista’ jkun il-ġbir tal-ikel lil dawk li huma eliġibbli.

Dawk li jibbenefikaw minn dan il-programm jirċievu ittra bil-quddiem li tgħarrafhom li huma eliġibbli kif ukoll li jinformawhom minn liema ċentru, id-dati u l-ħin li fihom jistgħu jiġbru l-pakkett tal-ikel u dan jiddependi mid-daqs tal-familja.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  1. Persuni li jirċievu benefiċċju mhux kontributorju (Għajnuna għall-Qgħad, Benefiċċju Speċjali għall-Qgħad, Assistenza Soċjali, Bord ta’ Assistenza Soċjali u Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ).
  2. Persuni eliġibbli għal pensjoni mhux kontributorja l-Pensjoni tal-Età li jikkwalifikaw mit-Test tal-Mezzi u bi status ta’ persuni waħedhom.
  3. Persuni li jirċievu Benefiċċju ta’ Enerġija li jikkwalifikaw mit-Test tal-Mezzi.
  4. Persuni li jirċievu pensjoni tad-diżabilità (Assistenza tad-Diżabilità, Assistenza għal Diżabilità Severa, Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, Assistenza għall-Persuni b'Vista Batuta) u mhux f’impjieg.

Persuni residenti ġo sptar, istituzzjoni jew dar tal-anzjani ma jkunux eliġibbli.