Talba għal Approvazzjoni biex Titmexxa Riċerka mal-FSWS – Mhux Studenti
Overview
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSĦS) għandha proċedura sabiex tirregola il-kwalità u l-kwantità ta’ proġetti ta’ riċerka li jsiru fi ħdanha. Jintużaw formoli sabiex tinġabar dejta dwar il-proposti ta’ riċerka.
Il-Formola ta’ Talba għar-Riċerka Mingħand Min Mhux Student hija maħsuba sabiex timtela’ minn riċerkaturi (dawk indipendenti jew dawk marbuta ma’ xi organizzazjoni) li jkollhom bżonn jiġbru dejta mingħand staff u/jew utenti tas-Servizzi tal-FSĦS sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-proġett ta’ riċerka tagħhom.
What you’ll get
Riċerkaturi li mhumiex studenti għandhom l-ewwel jibgħatu imejl fuq research.fsws-headoffice@gov.mt sabiex jagħtu ftit informazzjoni dwar ir-riċerka li jkunu jixtiequ jagħmlu u dwar fiex se jkun jikkonsisti l-involviment tal-FSĦS.
Din l-informazzjoni tkun ikkunsidrata mill-Kap Eżekuttiv tal-FSĦS mis-servizzi relevanti.
Jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet f’dan l-istadju, uffiċjal mill-Uffiċju tar-Riċerka jinforma lill-applikant dwar il-miżata ta’ proċessar marbuta mat-talbiet ta’ riċerka li ma jkunux ġejjin minn studenti. L-applikant ikun mitlub ukoll li jibgħat il-Formola tat-Talba għar-Riċerka Mingħand Min Mhux Student, flimkien ma’ dokumenti oħra relevanti (per eżempju, dokument ta’ informazzjoni, gwida għall-intervista u formola ta’ kunsens).
Ġaladarba l-Uffiċju tar-Riċerka fi ħdan il-FSWS jirċievi il-formola flimkien ma’ dokumenti oħra relevanti (per eżempju, dokument ta’ informazzjoni, gwida għall-intervista, u formola ta’ kunsens), uffiċjal fi ħdan l-Uffiċju jiċċekkja jekk l-istudju ikunx maħsub bi prinċipji etiċi, jikkunsidra l-implikazzjonijiet fuq l-utenti tas-Servizzi u fuq parteċipanti oħra, u jikkunsidra wkoll l-impatt ħolistiku tal-proġett fuq is-Servizzi, inkluż fuq ir-riżorsi fi ħdan is-Servizzi.
Id-dokumenti imbagħad jintbagħtu lill-Aġenzija/i relevanti għall-konsiderazzjoni. Fi żmien erba’ ġimgħa minn mindu d-dokumenti jintbagħtu lill-Uffiċju tar-Riċerka (sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi partikolari li jikkawżaw ftit dewmien), l-applikant jirċievi ittra permezz ta’ imejl li fiha tingħata informazzjoni dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar it-talba u b’informazzjoni dwar il-pass li jkun imiss (jekk it-talba tkun se tintlaqa’).
Jekk it-talba tkun ser tintlaqa’, l-applikant ikun magħrraf permezz ta’ imejl fi żmien erba’ ġimgħat minnn mindu d-dokumenti jintbagħtu lill-Uffiċju tar-Riċerka (sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi partikolari li jikkawżaw ftit dewmien), u jkun mitlub li jħallas il-miżata ta’ proċessar (sakemm din ma tkunx se tkun maħfura).
Meta l-pagament isir (jekk applikabbli), l-applikant jirċievi ittra uffiċjali permezz tal-imejl b’informazzjoni dwar il-pass li jmiss għall-istudju.
Application Requirements
Isem tal-Aġenzija: Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali
Indirizz: 212, Triq il-Kanun, Santa Venera SVR 9034
Website: www.fsws.gov.mt
Numru ta’ Telefon: +356 2258 8900
Imla l-formola online u ssottometti.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Riċerkaturi (indipendenti jew affiljati ma’ organizzazjoni) li jkollhom bżonn jiġbru dejta mingħand membri tal-istaff u/jew utenti tas-Servizzi fi ħdan il-FSĦS sabiex ikunu jistgħu jaħdmu fuq il-proġett tagħhom.