Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Talba mill-Fond tal-Leave tal-Paternità / Paternità-Adozzjoni (DSS)

Overview

Il-Leave tal-Paternità jgħodd għall-missirijiet, jew għat-tieni ġenitur, li jkunu impjegati. Ħaddiema li jkunu missirijiet jew it-tieni ġenituri ekwivalenti għandhom id-dritt għal għaxart (10) ijiem ta’ leave mix-xogħol fl-okkażjoni ta’ twelid ta’ wild jew adozzjoni. Dan il-leave ikun bi ħlas sħiħ mill-imgħallem lill-impjegat kkonċernat. 

Min iħaddem għandu mbagħad jitlob rifużjoni mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-perjodu ta' għaxart (10) ijiem tax-xogħol Leave tal-Paternità.

Bħala kumpens il-Kontribuzzjoni għall-Fond tat-Trust tal-Maternità / Adozzjoni, li daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2015 permezz tal-Avviż Legali 257 tal-2015 (Att dwar Trusts u Trustees Kap. 331.), għandha tiġi aġġustata biex tirrifletti l-intitolamenti tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja hekk kif stabbiliti bl-Avviż Legali 201 tal-2022, tat-2 ta’ Awwissu 2022.

Is-Servizz Pubbliku u l-Entitajiet tas-Settur Pubbliku, Awtoritajiet, Aġenziji u Korporazzjonijiet Pubbliċi, huma eżenti mill-kontribuzzjoni ta’ din l-iskema. Madankollu, l-impjegati tas-Servizz Pubbliku u tas-Settur Pubbliku huma intitolati għal Leave tal-Paternità/Adozzjoni.

What you’ll get

Taħt din l-iskema, min iħaddem ikun irid iħallas il-paga sħiħa lill-impjegat kkonċernat tul l-għaxart (10) ijiem ta’ xogħol bħala leave tal-paternità/adozzjoni, liema leave irid jittieħed immedjatament wara t-twelid/adozzjoni. wara li l-ħaddiem jidħol lura għax-xogħol, japplika għar-rifużjoni mill-Fond tat-Trust tal-Maternità / Adozzjoni fuq applikazzjoni online imħejjija apposta. Tkun trid issir talba għar-rifużjoni għal kull impjegat kkonċernat li tkun tkopri:

  • L-ispejjeż tal-paga bażika gross, 
  • Il-bonuses statutorji pro-rata, u
  • Is-sehem tal-imgħallem tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-impjegat.

It-talba għar-rifużjoni m’għandhiex tinkludi dħul ieħor.

Application Requirements

Imla’ u issottometti l-applikazzjoni online.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

    Għall-Leave tal-paternità / paterità-adozzjoni eaħtieġ li jkun hemm prova ta' twelid / adozzjoni għal mill-inqas sena (1) kalendarja qabel id-data tat-Talba għal Leave tal-Paternità, mill-persuna impjegata lill-imgħallem tagħha li jkun qed jagħmel it-talba f’isimha.

    
    Dan ifisser li, l-impjegat li għalih tkun saret it-talba, irid ikun ilu jaħdem mal-imgħallem għal perjodu ta' sena
    (1) kalendarja qabel id-data tal-bidu tal-Leave tal-Paternità jew Leave tal-Paternità-Adozzjoni.

Xenarji Oħra:    
• Il-Kontribuzzjoni tal-Maternità-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja xorta għandha titħallas skont il-paga bażika ta’ kull ġimgħa għall-impjegati bin-nofs paga.
        
•  Għandu jitħallas ukoll għal part-timers li jaħdmu sigħat irregolari, u dan għandu jiġi kkalkulat skont il-paga bażika ta' kull ġimgħa.
    
Skejjel tal-Knisja

    Għalliema li jaħdmu fl-Iskejjel tal-Knisja mhumiex ikkunsidrati bħala uffiċjali pubbliċi u għalhekk il-Kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità-Bilanċ bejn ix-Xogħol għandha titħallas fir-rigward tagħhom.

Documenti Meħtieġa

    
•  Irċevuti tal-ħlas tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali maħruġa mill-Kummissarju tat-Taxxa u ghad-Dwana (CfR) li jkopru sena (1) sħiħa qabel it-twelid / adozzjoni tat-Tifel / Tifla.
        
•     Slips tal-Paga li jkopru il-perjodu waqt il-leave tal-paternità.
        
•  FS3 of the preceding calendar year.
        
•  FS3 tas-sena preċedenti ta’ qabel it-talba mill-impjegat.
        
•  In the case of Adoption, an Adoption Certificate is required.
        
• Lista tal-Impjegati tal-Kumpanija mingħand Jobsplus, li tindika li l-impjieg mal-imgħallem beda almenu sena (1) qabel id-data tat-twelid / adozzjoni tat-Tifel / Tifla.