Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji – Persuna Impjegata (DSS)
Overview
Il-benefiċjarji tal-Assistenza Soċjali li jsibu mpjieg jistgħu jagħżlu li japplikaw għall-iskema ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji jekk jaqilgħu tal-inqas il-Paga Minima Nazzjonali jew aktar, u jew ikunu rċevew l-Assistenza Soċjali jew l-Għajnuna għal Diżimpjieg jew Benefiċċju Speċjali għal Diżimpjieg għal mill-inqas sena fl-aħħar tliet (3) snin.
What you’ll get
Ir-rata tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji mogħtija hija persentaġġ ta’ l-aħħar rata ta’ Benefiċċju Soċjali mogħti bl-esklużjoni ta’ bonuses:
- 75% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena.
- 55% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena.
- 35% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena.
- 25% tar-rata tal-benefiċċju mħallsa lil min iħaddem għal perjodu ta’ tliet (3) snin.
Il-benefiċjarji jitħallsu kull erbgħa (4) ġimgħat b’lura u min iħaddem jitħallas kull tnax-il (12) ġimgħa b’lura.
Jekk benefiċjarju li jirċievi Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji u jiġi qiegħed bla xogħol, malli jerġa’ jibda jaħdem, it-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji jerġa’ jibda mis-sena li twaqqaf il-benefiċċju.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima għall-intitolament tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Applikant li issa huwa nvolut f’impjieg full-time u jaqla’ mhux inqas mill-Paga Minima Nazzjonali, u kien jirċievi benefiċċju mhux kontributorju għall-perjodu ta’ sena fl-aħħar tliet (3) snin.