Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji – Persuna Responsabbli tal-Familja b’Konjuġi / Sieħeb/a li Beda/Bdiet J/Taħdem
Overview
Il-benefiċjarji tal-Għajnuna Soċjali jistgħu jagħżlu l-iskema ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji f’każ li l-konjuġi/sieħeb/sieħba bdiet taħdem bi qligħ, j/taqla’ tal-anqas il-paga minima nazzjonali jew aktar u jekk il-benefiċjarju jkun irċieva l-Assistenza Soċjali għal mill-inqas sena fl-aħħar tliet (3) snin.
What you’ll get
Ir-rata tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji mogħtija hija persentaġġ ta’ l-aħħar rata ta’ Benefiċċju Soċjali mogħti bl-esklużjoni ta’ bonuses:
75% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena.
55% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena.
35% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena.
25% tar-rata tal-benefiċċju mħallsa lil min iħaddem lill-konjuġi/sieħeb/sieħba għal perjodu massimu ta’ tliet (3) snin, safejn il-konjuġi/sieħeb/sieħba j/tibqa’ impjegat/a mat-tali min iħaddem.
Il-benefiċjarji jitħallsu kull erbgħa (4) ġimgħat b’lura u min iħaddem lill-konjuġi/sieħeb/sieħba jitħallas kull tnax-il (12) ġimgħa b’lura.
Jekk il-konjuġi/sieħeb/sieħba tal-benefiċjarju li jkun qed jirċievi it-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji j/tispiċċa mingħajr xogħol, il-benefiċju jiġi mwaqqaf kemm għall-benefiċjarju kif ukoll għal min iħaddem lill-konjuġi/sieħeb/sieħba. Kemm jekk il-benefiċjarju jew il-konjuġi/sieħeb/sieħba j/terġa j/tibda xogħol ieħor, it-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji titkompla tingħata minn meta twaqqaf il-benefiċju. Umbgħad l-Imgħallem il-ġdid jibda jirċievi hu l-25% tar-rata tal-benefiċċju għat-tul tal-perjodu li jifdal mill-benefiċċju.
Ladarba jgħaddu t-tliet (3) snin tal-iskema tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji, il-benefiċjarju jista’ jkun eliġibbli għall-Benefiċċju ta’ Waqt ix-Xogħol jekk il-kundizzjonijiet kollha jiġu sodisfatti u kemm il-benefiċjaru jew il-konjuġi jibqgħu f’impjieg.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima għall-intitolament tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.
Application Requirements
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
L-applikanti li rċevew Assistenza għal Qgħad jew Assistenza Soċjali għal sena fl-aħħar tliet (3) snin u l-konjuġi/sieħeb/sieħba beda/bdiet j/taħdem bi qligħ u j/taqla’ l-paga minima nazzjonali jew aktar.
Dokumenti neċessarji
Dikjarazzjoni tal-persuna responsabbli tal-familja u tal-prinċipal tal-konjuġi / sieħeb / sieħba. Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument.