Data, Informazzjoni u Żvelar Protett
Politika li tirregola r-Ritenzjoni ta’ Dokumenti Diġitali u Fiżiċi fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
Din il-Politika għandha l-għan li tirregola ż-żamma, il-manutenzjoni u kif tiġi mormija d-data u d- dokumentazzjoni, kemm personali kif ukoll oħrajn, fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kif previst fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap.318.) tal-Liġijiet ta’ Malta, u b’konformità mal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data, u dispożizzjonijiet legali oħrajn fil-Liġijiet ta’ Malta, b’mod partikolari r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679(GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data 2018 (Kap.586.) tal-Liġijiet ta’ Malta. li jirregola l-ipproċessar tad-data personali. Aktar informazzjoni tista’ tinstab hawn.
Protezzjoni tad-Data
Skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586.), għandna d-dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kull informazzjoni personali li niġbru mingħandek u aħna se nsegwu dan id-dmir. Aħna ser nieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex ma nħallux xi aċċess mhux awtorizzat. Aħna ma ngħaddux id-dettalji miġbura minnek bħala viżitatur u/jew utent, lil xi partijiet terzi sakemm ma tagħtiniex il-kunsens biex nagħmlu dan jew kif awtorizzat bil-liġi. Aktar informazzjoni tista’ tinstab hawn




