FAQs għal Problemi Komuni
- X’għandi nagħmel jekk ma nistax nilloggja bl-e-ID tiegħi?
Kun żgur li ddaħħal in-Numru tal-Karta tal-Identità u l-password korretti. Wara tintalab iddaħħal kodiċi ta’ żewġ fatturi ta’ awtentikazzjoni, li jintbagħat jew fuq il mobile tiegħek jew fuq l-indirizz tal-email li pprovdejt. Jekk xorta ma tistax tilloggja, ikkuntattja l-aġenzija tal-gvern Malti Identità fuq infoeid@gov.mt jew ċempel (+356) 25904300.
- Kif nista’ naġġorna informazzjoni personali mhux korretta fuq il-kont e-ID tiegħi?
Jekk ismek, kunjom jew indirizz tiegħek huwa żbaljat, ikkuntattja l-aġenzija tal-gvern Malti Identità fuq infoeid@gov.mt jew ċempel (+356) 25904300 biex titlob informazzjoni dwar kif taġġorna d-dettalji tiegħek. Ġeneralment dawn id-dettalji jiġu pprovduti mill-Karta tal-Identità fiżika tiegħek.
- Nista’ naġġorna d-dettalji tal-kuntatt tiegħi tal-kont e-ID tiegħi?
Tista’ taġġorna n-numru tal-kuntatt tal-mobile tiegħek u l-indirizz tal-email billi tikklikkja hawn. Dan l-aġġornament jiġi pproċessata f’ħin reali.
- X’għandi nagħmel jekk ma rċevejtx il-pagament tal-benefiċċju tas-sigurtà soċjali tiegħi?
Iċċekkja d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mid-dipartiment tas-sigurtà soċjali online, biex tiżgura li huma korretti. Jekk kollox huwa mdaħħal korrett u xorta ma rċevejtx il-pagement tiegħek, tista’ tissottometti rapport online, tikkuntattja s-servizz tal-kura tal-klijent tas-sigurtà soċjali permezz ta’ Freephone 153 (ext. 11) jew iżżur ċentru ta’ Servizz.gov għal assistenza personali.
- Kif nista’ nsolvi problemi relatati mas-sottomissjoni ta’ dokumenti online?
Kun żgur li d-dokumenti tiegħek huma fil-format u d-daqs korretti kif speċifikat fuq l-app mySocialSecurity. Jekk tkompli tiltaqa’ ma’ problema, tista’ tikkuntattjana permezz tal-paġna ta’ kuntatt tagħna Ikkuntattjana. Agħżel ‘Dokumenti – Issottometti’ mill-grupp ‘mySocialSecurity’ fil-lista li tinżel, żur ċentru ta’ Servizz.gov għal assistenza personali jew ċempel Freephone 153 (ext. 11).
- X’passi għandi nieħu jekk l-applikazzjoni tiegħi tiġi miċħuda?
Irrevedi l-ittra ta’ rifjut biex tifhem ir-raġuni. Tista’ tappella d-deċiżjoni billi ssegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti fl-ittra u tissottometti appell online, żur ċentru ta’ Servizz.gov għal assistenza personali jew tikkuntattja s-servizz tal-kura tal-klijent tas-sigurtà soċjali permezz ta’ Freephone 153 (ext. 11).
- Kif nista’ nirrapporta problema teknika tal-website?
Jekk tiltaqa’ ma’ problema teknika relatata mal-website tas-sigurtà soċjali, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji tal-problema billi tikklikkja hawn.
- X’għandi nagħmel jekk niltaqa’ ma’ messaġġ ta’ żball waqt li qed nuża l-website?
Innota l-messaġġ ta’ żball li qed jintwera u ikkuntattjana billi tikklikkja hawn u tipprovdi d-dettalji taż-żball.
- Kif nista’ ningħatha għajnuna jekk ma nistax insolvi problema waħdi?
- Tista’ tikklikkja hawn u tipprovdi d-dettalji tal-problema jew tal-mistoqsija tiegħek. Inkella, tista’ żżur ċentru ta’
- gov għal assistenza personali. Alternattivament, tista’ ċċempel Freephone 153 (ext. 11). Għal dawk li jċemplu minn barra, ċempel +356 21255153 (dan mhux numru ta’ Freephone).
- Jekk niltaqa’ ma’ problema bl-app mySocialSecurity, huwa possibbli li nikkuntattja lid-dipartiment online?
Iva, dan huwa possibbli. Jekk waqt li tkun qed tipprova taċċessa s-servizz online tiltaqa’ ma’ xi problema jew teħtieġ assistenza biex taċċessa dan is-servizz, sapport huwa disponibbli permezz tal-helpdesk tagħna: