FAQs għal Residenti Mhux Maltin
1. Min huwa eliġibbli għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali f’Malta?
Residenti mhux Maltin li qed joqogħdu u huma rreġistrati li jaħdmu legalment Malta jistgħu jkunu eliġibbli għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali. L-eliġibilità tiddependi fuq diversi fatturi, inkluż it-tip ta’ permess tax-xogħol u t-tul taż-żjara.
2. Hemm xi benefiċċji speċifiċi disponibbli għal residenti mhux Maltin?
Residenti mhux Maltin jistgħu jkunu eliġibbli għal diversi benefiċċji, inklużi benefiċċji tal-qgħad, benefiċċji tal-mard, u benefiċċji tal-familja, skont iċ-ċirkostanzi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom.
3. Liema dokumenti huma meħtieġa għall-applikazzjoni għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali?
Tipikament, ikollok bżonn il-permess tax-xogħol tiegħek, prova tar-residenza lokali, dokumenti ta’ identifikazzjoni, u kwalunkwe dokumenti rilevanti oħra speċifiċi għall-benefiċċju li qed tapplika għalih.
4. Nista’ nittrasferixxi l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tiegħi minn pajjiżi lejn Malta?
Dan jiddependi fuq ftehimiet bilaterali bejn Malta u pajjiżek. Għandek tiċċekkja mal-uffiċċju tas-sigurtà soċjali fiż-żewġ pajjiżi biex tifhem il-proċess u r-rekwiżiti.
5. Kif nista’ napplika għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali bħala residenti mhux Malti?
Tista’ tapplika għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali online permezz tal-app mySocialSecurity billi tawtentika bil-e-ID tiegħek, li tinħareġ mill-aġenzija tal-gverni Malti Identità. Kun żgur li għandek id-dokumenti kollha meħtieġa, bħall-permess tax-xogħol tiegħek u prova tar-residenza lokali.
6. Kif naġġorna l-informazzjoni personali tiegħi, bħall-indirizz jew id-dettalji bankarji?
Tista’ taġġorna d-dettalji ta’ kuntatt u tal-bank tiegħek permezz tal-app mySocialSecurity billi tuża l-e-ID tiegħek. Kun żgur li żżomm dawn id-dettalji tiegħek aġġornati biex tevita kwalunkwe kwistjoni bil-ħlasijiet tal-benefiċċji.
7. X’għandi nagħmel jekk niltaqa’ ma’ problemi bil-kont tal-e-ID tiegħi?
Jekk tiffaċċja xi problemi, tista’ tikkuntattja lis-servizz tal-customer care tas-sigurtà soċjali, permezz ta’ Freephone 153, jew żżur ċentru ta’ servizz.gov għall-għajnuna.
8. X’jiġri jekk jien ġej minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea u ma nixtieqx li napplika għall-Karta tal-Identità maltija?
Għalkemm għandek kull dritt li ma tapplikax għall- Karta tal-Identità maltija peress li ġej minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea, inti jkollok bżonn tattendi personalment f’xi ċentru ta’ servizz.gov jekk tkun trid tapplika għal xi benefiċċju. Ir-raġuni hija li l-maġġoranza tal-applikazzjonijiet online jirrikjedu awtentikazzjoni bil-e-ID, li int jista’ biss ikollok jekk inti detentur tal-Karta tal-Identità Maltija.