Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Iċ-Charter Tagħna

01/04/2024 | Aħbar Riċenti

L-għan ewlieni ta’ dan iċ-charter huwa li jservi bħala dokument ta’ gwida li jiddeskrivi l-prinċipji, l-għanijiet u r-responsabbiltajiet tagħna lejn iċ-ċittadini tagħna. Huwa mfassal biex jiżgura li inti, bħala membru stmat tas-soċjetà tagħna, ikollok fehim ċar tad-drittijiet u l-benefiċċji li inti intitolat għalihom u x’inhuma l-istandards tas-servizz li għandek tistenna minna skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap.318.).

Iċ-Charter tagħna huwa xhieda tad-dedikazzjoni tagħna għall-benessri tas-soċjetà u l-benessri ta’ kull individwu f’Malta. Huwa jinkorpora l-valuri ewlenin tagħna ta’ responsabbiltà, dinjità, ugwaljanza, imparzjalità, integrità, lealtà, nondiskriminazzjoni, kwalità, rispett, u fiduċja. Dawn il-valuri jiffurmaw is-sisien tal-ħidmiet tagħna u jiggwidaw l-interazzjonijiet tagħna miegħek.

Meta tiffamiljarizza ruħek maċ-Charter Tagħna, inti tikseb għarfien siewi dwar is-sisien ta’ ħidmietna u tingħata l-kapaċità li tiskopri s-sistema tas-sigurtà soċjali b’kunfidenza u ċarezza. Aħna nemmnu li l-fehim tad-drittijiet tiegħek u tas-servizzi disponibbli għalik huwa kruċjali fil-promozzjoni ta’ relazzjoni effiċjenti u reattiva bejn id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u ċ-ċittadini li naqdu.

Flimkien nistgħu nibnu sħubija b’saħħitha msejsa fuq il-fiduċja, il-kompassjoni u l-ugwaljanza, waqt li naħdmu biex inseddqu l-kwalità tal-ħajja ta’ kull individwu fis-soċjetà tagħna. Aħna nistednuk tesplora dan il-kapitlu u tiskopri l-prinċipji fundamentali li jsawru ċ-Charter Tagħna, billi tikklikkja hawn.