Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Il-Formola online Ikkuntattjana aġġornata

28/06/2022 | Aħbar Riċenti

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali aġġorna l-formola ta’ kuntatt online li ċ-ċittadini jistgħu jużaw biex jibgħatu mistoqsijiet lid-dipartiment. Dawn il-mistoqsijiet issa se jkunu inklużi bħala parti mis-sistema tal-customer care (CRM – Customer Relationship Management) ta’ servizz.gov kif ukoll is-sistema tal-customer care tad-dipartiment. Din is-sistema se tkun qed isegwi l-informazzjoni u timmaniġġja l-interazzjonijiet bejn l-uffiċċju tas-servizz tal-customer care tagħna u l-klijenti. 

L-għan ta’ formola ta’ kuntatt online huwa biex is-servizz lejn il-klijent ikun ta kwalità għola u biex li ittejjeb il-mod kif iċ-ċittadini jikkuntattjaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Dan kollu se jintlaħaq billi jiġu konsolidati l-punti kollha ta’ kuntatt f’formola ta’ kuntatt online waħda. Minflok iċ-ċittadini jibgħatu l-mistoqsijiet tagħhom permezz tal-email, dawn se jiġu ttrattati permezz tal-formola ta’ kuntatt online. Iċ-ċittadini se jintalbu jispeċifikaw il-benefiċċju jew is-servizz inkwistjoni, kif ukoll n-numru tal-karta tal-identità, l-isem, l-kunjom, l-email, u n-numru ta’ kuntatt tagħhom.

Il-benefiċċji ta’ dan il-proċess ġdid huma li:

  1. Ikun awtomatizzat il-proċess u jiġu eliminati d-diversi punti ta’ kuntatt. Għaldaqstant, minħabba n-numru kbir ta’ mistoqsijiet mibgħuta permezz tal-formola online, huwa importanti li l-proċess ikun awtomatizzat kemm jista’ jkun.
  2. Ikun żgurat li l-mistoqsijiet kollha mhux mibgħuta lill-helpdesk ta’ servizz.gov jiġu inklużi fis-CRM ta’ servizz.gov kif ukoll fis-CRM tad-dipartiment sabiex tinkiseb riżoluzzjoni tal-mistoqsijiet f’ħin reali u sinkronizzata.
  3. Il-klijenti se jkollhom dan il-punt ta’ kuntatt minn fejn jissottomettu l-mistoqsijiet tagħhom lid-dipartiment, li jagħmilha aktar faċli biex jiġu segwiti n-numru u n-natura tal-mistoqsijiet sottomessi.

Wara li jissottometti l-mistoqsija, il-klijent jirċievi email bir-referenza tan-numru tal-każ u dettalji dwar il-mistoqsija, fejn tkun iktar faċli li il-klijent jista’ isegwi l-kas bin-numru ta’ referenza. Skont in-natura tal-mistoqsija tiegħek, it-tim tal-customer care jirrispondi kemm jista’ jkun malajr. Ikklikkja hawn biex taċċessa l-formola tagħna online ikkuntattjana.