Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Informazzjoni Ġenerali dwar in-Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju (IBAN)

01/01/2023 | Aħbar Riċenti

L‑IBAN hu standard definit għal numri tal‑kontijiet bankarji li b’mod uniku jidentifikaw il‑kont bankarju li klijent ikollu ma’ bank, ikun fejn ikun jinsab fid‑dinja. In‑numri IBAN tal‑kontijiet bankarji jistgħu jiġu ġġenerati biss mill‑banek għall‑klijenti tagħhom. L‑istituzzjonijiet ta’ kreditu lokali u l‑Bank Ċentrali ta’ Malta ilhom minn Jannar 2004 jistampaw l‑IBAN u l‑Kodiċi SWIFT tal‑Identifikazzjoni tal‑Bank (BIC) fuq id‑dikjarazzjonijiet ta’ rendikont għall‑klijenti tagħhom.

L‑IBAN Malti jikkonsisti minn 31 karattru alfanumeriku, kif ġej:

  • L‑ewwel żewġ karattri alfanumeriċi jidentifikaw il‑pajjiż fejn ikun miżmum il‑kont, f’dan il‑każ, Malta (MT).
  • Iż‑żewġ ċifri wara dan huma ċifri ta’ kontroll, li jivvalidaw l‑IBAN komplut.
  • L‑erba’ karattri li jmiss huma l‑ewwel parti tal‑kodiċi SWIFT tal‑identifikazzjoni tal‑bank emittenti.
  • Il‑ħames ċifri wara dan huma s‑sort code lokali tal‑bank emittenti;  
  • It‑18‑il karattru l‑oħra huma n‑numru domestiku tal‑kont, preċedut minn żerijiet meta dan ikun meħtieġ.

Eżempju ta’ IBAN Malti:

Kodiċi tal‑Pajjiż

Ċifri ta’ kontroll

Kodiċi SWIFT

Sort Code

Numru tal‑Kont Bankarju

MT

71

MALT

01100

0012345MTLCAST001S

 

Tista’ tiċċekkja jew taġġorna d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali billi tikklikkja hawn.

 

Sors: https://www.centralbankmalta.org/mt/iban [aċċessat fl-10/11/2022].