Logo
Logo
  • MT
  • EN

Allowance tat-Tfal u Bonus għat-Twelid jew Adozzjoni

Dħul Annwali ma jeċċedix il-Limitu

Ħarsa ġenerali

L-Allowance tat-Tfal tingħata lil koppji miżżewġa, koppji f’unjoni ċivili, koppji li qed jikkoabitaw, ġenituri separati jew emigranti li ġew lura Malta, li għandhom l-kura u l-kustodja ta’ tfal taħt is-16-il sena u li d-dħul annwali kollu tagħhom tas-sena rilevanti (sentejn qabel is-sena kurrenti, eż. Allowance tat-Tfal 2021 – Dħul 2019) minn impjieg / sigurtà soċjali huwa ta’ inqas minn €25,318.

X’se tingħata

Wara r-reġistrazzjoni tat-twelid tat-tarbija mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, jinbeda b’mod awtomatiku l-proċess sabiex tibda titħallas Allowance tat-Tfal. Il-benefiċjarji awtomatikament jingħataw Allowance tat-Tfal ibbażat fuq ir-rata minima. Madankollu, benefiċjarji jistgħu japplikaw għar-rata ogħla ta’ ħlas jekk id-dħul annwali ddikjarat huwa ta’ inqas minn €25,318. Barra minn hekk, tintbagħat ittra ta’ notifika lil ġenituri, fejn jintalbu kwalunkwe dettalji meħtieġa nieqsa għall-għoti tal-Allowance tat-Tfal, jekk dan ikun il-każ.

Il-pagament għal din l-allowance titħallas kull 13-il ġimgħa bil-quddiem.

Bonus ta’ darba ta’ €300 jitħallas lill-omm ta’ tarbija tat-twelid jew ġenitur adottiv. Jekk l-omm ikollha jew tadotta iktar minn tarbija waħda fl-istess istanza, il-bonus jitħallas għal kull tarbija jew adozzjoni (aqra aktar).

Agħfas hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Allowance tat-Tfal.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Wieħed mill-ġenituri għandu jkun ċittadin ta’ Malta jew miżżewweġ lil ċittadin Malti jew f’Unjoni Ċivili ma’ ċittadin Malti, jew ikun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadin ta’ pajjiż membru tal-Karta Soċjali Ewropea, jew ikollu status ta’ refuġjat u jirrisjedi b’mod ordinarju f’Malta jew Għawdex
    • F’każ ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea fejn:
      • Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u hu bla xogħol f’pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas l-Allowance tat-Tfal
      • Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u qiegħed fuq leave bla ħlas f’pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas l-Allowance tat-Tfal 
      • Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u huwa impjegat f’pajjiż barrani, allura dak il-pajjiż barrani huwa obbligat li jħallas l-Allowance tat-Tfal jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur fil-pajjiż barrani. Jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur li hu impjegat f’Malta, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkun kompetenti biex iħallas l-Allowance tat-Tfal, għalkemm il-ġenitur l-ieħor huwa impjegat barra l-pajjiż. Il-ġenitur impjegat f’pajjiż barrani għandu jipproduċi prova uffiċjali li l-ebda Allowance tat-Tfal ma qedha titħallas mill-pajjiż barrani
    • F’każ ta’ Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi fejn:
      • L-applikanti u t-tfal qed jgħixu f’Malta
      • Iż-żewġ ġenituri għandhom permessi residenzjali validi
      • Wieħed jew iż-żewġ ġenituri huma f’impjieg. L-intitoliment huwa skont il-Permess. Jekk l-applikant/a ikollu/ha Permess ta’ Residenza jew permess ta’ Xogħol, min jagħmel it-talba jkun intitolat/a għal Allowance tat-Tfal b’seħħ mis-6 xahar ta’ impjieg
      • Jekk l-applikant/a ikollu/ha Blue Card / Protezzjoni Internazzjonali / Protezzjoni Sussidjarja / Protezzjoni Umanitarja (inklużi Permessi Temporanji), dan/din i/tkun intitolat/a għall-Allowance tat-Tfal mill-bidu tal-impjieg
      • Jekk l-applikant/a jkollu/ha Permess ta’ Residenza għat-Tul, dan/din i/tkun intitolat/a mid-data tal-permess, filwaqt li d-detenturi ta’ permessi ta’ Intra Corporate Transfer għandhom ikunu intitolati mid-disa’ xahar ta’ impjieg
      • L-istatus ta’ Ħaddiem Staġjonali u / jew Ċittadini studenti ta’ Pajjiżi Terzi mhumiex intitolati għal Allowance tat-Tfal jekk ma jkollhomx permess ieħor imsemmi hawn fuq
      • L-Allowance tat-Tfal tingħata mid-data kif indikata hawn fuq jekk il-minorenni jitwieled qabel id-data tal-impjieg. Madankollu l-Allowance tat-Tfal jingħata mid-data tat-twelid jekk il-minorenni jitwieled wara d-data tal-intitolament kif spjegat hawn fuq
  • L-Allowance tat-Tfal tista’ tingħata lil dawk li jagħmlu xogħol fuq il-Bastimenti Reġistrati Malta, bl-istess kundizzjonijiet taċ-Ċittadini tal-Unjoni Ewropea
  • L-applikanti għandhom jkunu residenti ta’ Malta mill-inqas 3 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni
  • Fil-każ ta’ kull wild, huwa dmir tal-missier u l-omm, u fin-nuqqas tat-tnejn, tat-tabib, kirurgu, qabla jew xi persuna oħra li tkun qed tattendi mat-twelid, jew f’liema dar it-twelid ikun seħħ, biex fi żmien 15-il jum minn dan it-twelid jingħata avviż ta’ dan lir-Reġistru Pubbliku. Il-persuna li tittrażmetti l-avviż, għandha tippreżenta l-Karta tal-Identità tagħha u kull dokumentazzjoni pprovduta lilha mill-isptar
  • L-applikanti għandhom jinnotifikaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (mhux aktar tard minn 6 xhur mill-okkorrenza) b’kull bdil f’ċirkostanzi bħal mewt, separazzjoni, żwieġ/konvivenza, bidla f’kustodja, bidla fl-indirizz, bidla fin-numru tal-kont tal-bank, jew terminazzjoni/bidu ta’ impjieg
  • Wara li jingħata l-ewwel pagament tal-Allowance tat-Tfal, issir reviżjoni annwali mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bbażata fuq informazzjoni riċevuta mill-Kummissarju tad-Dħul u Istituzzjonijiet Finanzjarji. Ir-rata tal-Allowance tat-Tfal hija bbażata fuq id-dħul tal-familja sentejn qabel it-talba u/jew ir-reviżjoni tat-talba

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

F’każ ta’ koppja, trid timtela dikjarazzjoni separata, iffirmata miż-żewġ ġenituri. Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument

Ċittadini Maltin / Ċittadini tal-UE / Karta Soċjali Ewropea / Refuġjati (Minuri imwielda f’Malta)

  • Kopji tal-Karti tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i addottivi
  • Data tal-koabitazzjoni / Żwieġ / Unjoni Ċivili
  • Dħul taż-żewġ ġenituri tas-sena rilevanti (sentejn qabel is-sena kurrenti . Allowance tat-Tfal 2021 – Dħul 2019) minn impjieg full-time u part-time
  • Skeda ta’ xogħolijiet tal-JobsPlus aġġornata
  • Dokument ta’ Kura u Kustodja (inkluż ma’ min l-minorenni qed j/tgħix / u ammont ta’ manteniment, iffirmat miż-żewġ ġenituri)
  • Dikjarazzjoni jew affidavit (fil-każ li wieħed mill-ġenituri jirrifjuta li jiffirma l-kura u l-kustodja) li jiddikjara ma’ min qed/qegħdin jgħixu l-minuri u minn liema data
  • Kuntratt ta’ separazzjoni / digriet tal-qorti (skond il-każ) fil-każ ta’ ġenituri waħedhom
  • In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel/tifla sakemm it-tifel/tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew jekk ikun hemm kustodja konġunta, f’liema każ in-numru tal-IBAN rispettiv tagħhom għandu jiġi ppreżentat

Ċittadini tal-UE / Karta Soċjali Ewropea (Minuri MHUX imwielda f’Malta)

  • Kopja tal-Karta tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i adottivi
  • Kopja tal-Boarding Passes / biljetti / passaporti tal-membri kollha tal-familja
  • Kopja taċ-ċertifikat tat-twelid tal-minuri
  • Data tal-koabitazzjoni / Ċertifikat taż-żwieġ / Ċertifikat tal-unjoni ċivili
  • Dikjarazzjoni uffiċjali mill-pajjiż rispettiv li tindika sa liema data ġie riċevut il-benefiċċju għat-tfal
  • Kopja tad-dokumenti uffiċjali li juru d-dħul miksub fl-aħħar sentejn lokalment u barra mill-pajjiż (prospetti tat-taxxa / FS3s iffirmati / Profit and Loss)
  • In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel/tifla sakemm it-tifel/tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew jekk ikun hemm kustodja konġunta, f’liema każ in-numru tal-IBAN rispettiv tagħhom għandu jiġi ppreżentat

Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi u kwalunkwe ċittadin ieħor ((Minuri imwielda f’Malta)

  • Kopja tal-Karta tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i adottivi
  • Kopja tal-permessi ta’ residenza
  • Data tal-koabitazzjoni / ċertifikat taż-żwieġ / ċertifikat tal-unjoni ċivili
  • Dħul taż-żewġ ġenituri minn Malta u / jew barra
  • In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel/tifla sakemm it-tifel/tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew jekk ikun hemm kustodja konġunta, f’liema każ in-numru tal-IBAN rispettiv tagħhom għandu jiġi ppreżentat

Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi u kwalunkwe ċittadin ieħor ((Minuri / MHUX imwielda f’Malta għalhekk mhumiex irreġistrati f’Malta)

  • Kopja tal-Boarding Passes / biljetti / passaporti tal-membri kollha tal-familja
  • Kopja taċ-ċertifikat tat-twelid tal-minuri 
  • Data tal-koabitazzjoni / Ċertifikat taż-Żwieġ / Ċertifikat tal-Unjoni Ċivili
  • Kopja tal-Karta tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i adottivi
  • Kopja tal-permessi ta’ residenza
  • Dikjarazzjoni uffiċjali mill-pajjiż rispettiv li tindika sa liema data ġie riċevut il-benefiċċju għat-tfal
  • Kopja tad-dokumenti uffiċjali li juru d-dħul miksub fl-aħħar sentejn lokalment u barra mill-pajjiż (prospetti tat-taxxa / FS3s iffirmati / Profitt u Telf)
  • Skeda aġġornata tax-xogħolijiet tal-JobsPlus u / jew dokument li juri li l-applikant huwa impjegat f’Malta
  • Ittra mill-iskola li tikkonferma l-attendenza regolari tal-minorenni fl-iskola (f’każijiet partikolari)
  • Dikjarazzjoni jew affidavit (fil-każ li wieħed mill-ġenituri jirrifjuta li jiffirma l-kura u l-kustodja) li jiddikjara ma ‘min hu / qegħdin jgħixu minuri / i u minn liema data
  • Kuntratt ta’ separazzjoni / digriet tal-qorti (skond il-każ) fil-każ ta’ ġenituri waħedhom
  • In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel/tifla sakemm it-tifel/tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew jekk ikun hemm kustodja konġunta, f’liema każ in-numru tal-IBAN rispettiv tagħhom għandu jiġi ppreżentat

Kif tapplika

Wara r-reġistrazzjoni tat-twelid ta’ tarbija jew adozzjoni ta’ minuri mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, jinbeda b’mod awtomatiku l-proċess mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex jibda jitħallas l-Allowance tat-Tfal, f’konformità mal-kriterji ta’ eliġibilità.

Madanakollu, jista’ jkun hemm każijiet fejn applikazzjoni ma tistax tiġi ipproċessata awtomatikament wara r-reġistrazzjoni ta’ minuri mar-Reġistru Pubbliku meta:

  • Il-ġenituri m’għandhomx l-istess indirizz
  • Ġenitur waħdu, f’liema każ id-dokumenti ta’ kura u kustodja għandhom jiġu ppreżentati mal-applikazzjoni
  • Il-wild ma twelidx f’Malta
  • Ġenituri barranin

Għalhekk jekk il-ħlas tal-Allowance tat-Tfal ma jasalx fi żmien erba’ xhur mid-data tat-twelid tal-wild, wieħed għandu jimla applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ meħtieġa fi żmien 6 xhur mid-data tat-twelid tal-wild kif stipulat mill-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). L-Allowance tat-Tfal, jew parti minnha, tista’ tintilef jekk l-applikazzjoni tiġi sottomessa tard.

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online (għall-perjodu bejn it-2 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2021).

Font Resize
Contrast