Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Allowance tat-Tfal – Wild bejn is-16 u l-21 sena

Ħarsa ġenerali

L-Allowance tat-Tfal – Wild bejn is-16 u l-21 sena titħallas lil koppji miżżewġin, koppji unjoni ċivili, koppji koabitanti, ġenituri waħedhom, ġenituri separati, jew ġenituri bi status ta’ refuġjat li għandhom il-kura u l-kustodja ta’ tfal ta’ bejn is-sittax (16) u l-wieħed u għoxrin (21) sena.

Meta t-tfal jagħlqu l-età ta’ sittax-il (16) sena u qegħdin f’edukazzjoni full-time mingħajr ma jirċievu stipendju, jew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba, il-ġenituri li qiegħdin fuq dħul baxx, jistgħu ikunu intitolati li jirċievu dan l-Allowance.

X’se tingħata

Il-pagament għal din l-allowance titħallas kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Wieħed mill-ġenituri għandu jkun ċittadin ta’ Malta jew miżżewweġ lil Ċittadin Malti, jew ikun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadin ta’ pajjiż membru tal-Karta Soċjali Ewropea, jew ikollu status ta’ refuġjat u jirrisjedi b’mod ordinarju f’Malta jew Għawdex.
  • L-applikanti għandhom ikunu residenti ta’ Malta mill-inqas tliet (3) xhur qabel japplikaw.
  • Id-dħul iddikjarat tal-ġenituri ma jaqbiżx il-seba’ u għoxrin elf u sitt ewro (€27,006), ibbażat fuq dħul datat b’lura b’sentejn (2) mid-data tal-intitolament.
  • Il-Wild irid ikun bejn is-sittax (16) u l-wieħed u għoxrin (21) sena u j/tattendi xi istituzzjoni edukattiva full-time mingħajr ma’ j/tirċievi stipendju jew j/tirreġistra għax-xogħol għall-ewwel darba.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Dikjarazzjoni mill-Kap tal-Iskola li trid tkun iffirmata u ttimbrata, f’każ li il-wild j/tattendi edukazzjoni full-time mingħajr ma j/tirċievi stipendju. Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument.
  • Dokument mill-Jobsplus fejn juri data ta’ meta l-wild beda / bdiet j/tirreġistra għax-xogħol, f’każ li l-wild beda / bdiet tirreġistra għax-xogħol għall-ewwel darba.

Kif tapplika

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.