Allowance għal Tfal fil-Kura – Servizz Residenzjali
Ħarsa ġenerali
Allowance għal Tfal fil-Kura – Servizz Residenzjali titħallas lil Djar residenzjali li jipprovdu servizz residenzjali lit-tfal.
Barra minn hekk, din l-allowance titħallas sakemm it-tfal jagħlqu wieħed u għoxrin (21) sena.
X’se tingħata
Il-Pagament għal din l-allowance titħallas kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Dawk id-Djar Residenzjali li jipprovdu Servizz Residenzjali iridu jkunu approvati mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Korrispondenza mal-Istituti li tindika tfal taħt il-kura tagħhom. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument.
- Applikazzjoni approvata minn Aġenzija Appoġġ bid-dettalji tat-tfal (fil-każ ta’ ammissjonijiet ġodda). Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument.
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.
L-applikazzjoni trid tasal sa sitt (6) xhur mid-data tal-bidu tal-fostering skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). L-allowance jew parti minnha, tista’ tintilef jekk l-applikazzjoni tintbagħat tard.