Suppliment ta’ Allowance tat-Tfal
Ħarsa ġenerali
Is-Suppliment ta’ Allowance tat-Tfal ġie introdott mill-1 ta’ Jannar 2021, skont il-miżuri tal-baġit. Dan jingħata lil dawk li jirċievu l-Allowance tat-Tfal. It-tfal fil-fostering mhumiex intitolati għal dan is-Suppliment.
X’se tingħata
Minn Jannar 2026, il-benefiċjarji tal-Allowance tat-Tfal li jeċċedu l-limitu tal-ittestjar tal-mezzi ta’ tletinelf ewro (€30,000), jingħataw sitt mija u erbgħin ewro (€640) għal kull tifel/tifla fis-sena. Dawk li ma jeċċedux il-limitu tal-ittestjar tal-mezzi se jingħataw’ disà mija u għaxar ewro (€910) għal kull tifel/tifla fis-sena. Il-ħlas se jinħareġ kull tlettax-il (13) ġimgħa flimkien mal-ħlas tal-Allowance tat-Tfal. Dan ifisser li r-rata pagabbli se tkun ta’ mija u sittin ewro (€160.00) għal kull tifel/tifla kull tlettax-il (13) ġimgħa għal dawk li jeċċedu l-limitu tal-ittestjar tal-mezzi u mitejn, sebgħa u għoxrin ewro u ħamsin ċenteżmu (€227.50) għal kull tifel/tifla kull tlettax-il (13) ġimgħa għal dawk li ma jeċċedux il-limitu tal-ittestjar tal-mezzi. Ġenituri u Gwardjani Legali b’kustodja konġunta jingħataw nofs ir-rata applikabbli għal kull wieħed.
Dan japplika wkoll għall-barranin li għandhom residenza fissa f’Malta u huwa pagabbli skont id-Dati tal-Permess tagħhom.
Ikklikkja hawn għal Skeda ta’ dati ta’ ħlas.
Eliġibbiltà
- Tingħata lil dawk li jirċievu l-Allowance tat-Tfal.
Dokumentazzjoni meħtieġa
- M’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni.
Kif tapplika
Il-proċess għall-ħlas tas-Suppliment tal-Allowance tat-Tfal jinbeda awtomatikament mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ladarba tkun intitolat għal Allowance tat-Tfal.




