Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Assistenza għal Diżabilità

Ħarsa ġenerali

L-Assistenza għal Diżabilità tingħata lil persuna li jkollha sittax-il (16) sena jew aktar li tkun qed tbati minn, paraliżi totali jew malfunzjoni permanenti severa u totali jew inkella diżabilità totali permanenti permezz ta’ amputazzjoni, jew xort’oħra, ta’ id jew sieq. Tingħata wkoll lil persuna b’impediment fis-smiegħ u/jew fid-diskors.

X’se tingħata

Assistenza għal Diżabilità titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant jrid ikollu sittax-il (16) sena jew aktar.
  • Il-persuna tkun tbati mid-diżabilità qabel ma laħqet l-età ta’ sittin (60) sena.
  • L-applikant:
    • ikun ibati minn paraliżi totali; jew
    • ikun ibati minn malfunzjoni permanenti severa u totali; jew
    • ikun ibati minn diżabilità totali permanenti permezz ta’ amputazzjoni, jew xort’oħra, ta’ id jew sieq; jew
    • ikun ibati minn nuqqas ta’ smiegħ; jew
    • ma jkunx jitkellem.
  • Applikazzjoni għall-Assistenza għal Diżabilità mhux soġġetta għal Test tal-Mezzi Kapitali. Għalhekk applikant jista’ jkun qed iwettaq xogħol bi qligħ. Minn Jannar 2022, l-applikant ma jsirlux ukoll test tal-mezzi tad-dħul fil-ġimgħa. Għalhekk, kemm il-Mezzi Kapitali, kif ukoll il-Mezzi tad-Dħul fil-Ġimgħa, mhux se jiġu kkunsidrati.
  • Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) japplikaw “Drittijiet Duplikati”, fejn benefiċjarju ma jistax jirċievi żewġ pensjonijiet; benefiċċji; assistenza jew allowance fl-istess ħin, iżda l-aħjar rata ta’ pensjoni; benefiċċju; assistenza jew allowance.
  • Il-Bord Inter-Professjonali jiddeċiedi jekk il-każ in kwistjoni jaqax fil-parametri mediċi għal ħlas ta’ din l-assistenza.
  • Applikant li kien eliġibbli għal Allowance għat-Tfal b’Diżabilità qabel l-età ta’ sittax-il (16) sena xorta jista’ jiġi eżaminat mill-bord Inter-Professjonali.

    Kif tapplika

    Imla u ssottometti r-Rapport Mediku online.
    Huma eliġibbli biss it-Tobba Mediċi biex japplikaw għal din l-assistenza f’isem l-applikant.