Assistenza għal Diżabilità Severa
Ħarsa ġenerali
Assistenza għal Diżabilità Severa tingħata lil persuna li jkollha diżabilità fiżika u jkollha 16-il sena jew aktar li tista’ twettaq xogħol bi qligħ.
X’ser jingħata
Assistenza għal Diżabilità Severa titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-applikant jrid ikollu 16-il sena jew aktar
- Applikant li kien eliġibbli għal Allowance għat-Tfal b’Diżabilità qabel l-età ta’ 16-il sena xorta jista’ jiġi eżaminat minn bord mediku.
- Applikazzjoni għall-Assistenza għal Diżabilità Severa mhux soġġetta għal Test tal-Meżżi Kapitali. Għalhekk applikant jista’ jkun qed iwettaq xogħol bi qligħ. Minn Jannar 2022, l-applikant ma jsirlux test tal-meżżi tad-dħul fil-ġimgħa. Għalhekk kemm il-Meżżi Kapitali kif ukoll il-Meżżi tad-Dħul fil-Ġimgħa mhux se jiġu kkunsidrati
- Il-persuna tkun tbati mid-diżabilità qabel ma laħqet l-età ta’ 60 sena
- Persuna li tkun diġà qed tirċievi il-ħlas għall-Assistenza għal Diżabilità Severa li tagħlaq 60 sena, jkollha ir-rata tagħha miżjuda għall-ekwivalenti tar-rata tal-Pensjoni tal-Età
- Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) japplikaw “Drittijiet Duplikati”, fejn benefiċjarju ma jistax jirċievi żewġ pensjonijiet; benefiċċji; assistenza jew allowance fl-istess ħin, iżda l-aħjar rata ta’ pensjoni; benefiċċju; assistenza jew allowance
- Bord Mediku jiddeċiedi jekk il-każ in kwistjoni jaqax fil-parametri mediċi għal ħlas ta’ din l-assistenza
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Rapport Mediku minn Speċjalista dwar d-Diżabilità Severa, li jista’ jitniżżel billi tikklikkja hawn
- Kopja tal-karta tal-identità
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.