Assistenza għal Persuna Dipendenti mid-Droga
Ħarsa ġenerali
L-Assistenza għal Persuna Dipendenti mid-Droga tista’ tingħata lil persuna li qed tattendi programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga jew alkoħol. L-Assistenza għal Persuni Dipendenti mid-Droga m’għandhiex Test tal-Mezzi.
X’se tingħata
L-Assistenza għal Persuna Dipendenti mid-Droga titħallas b’rata fissa kull ġimgħa.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-applikant/a i/trid i/tkun qed j/tattendi l-Programm ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga jew Alkoħol volontarjament u mhux bħala riżultat ta’ deċiżjoni tal-qorti.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Ittra tad-dħul għall-Programm ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga jew l-Alkoħol mill-istituzzjoni.
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.