Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Għajnuna Medika b’Xejn (Karta r-Roża)

Ħarsa ġenerali

L-Għajnuna Medika mingħajr Ħlas (Karta r-Roża), tingħata lil persuna eliġibbli evalwata bit-Test tal-Mezzi, jew persuna li qed tirċievi Assistenza Soċjali; Assistenza Soċjali għal Ġenitur waħdu: Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg; Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja;  jew Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa u Assistenza għal Diżabilità Severa. Persuni li għandhom tmenin (80) sena jew iktar, u li jirċievu l-Għajnuna Supplimentari, huma awtomatikament eliġibbli għall-Għajnuna Medika mingħajr Ħlas (Karta r-Roża). 

Barra minn hekk, l-Għajnuna Medika mingħajr ħlas, magħrufa l-aktar bħala l-Karta r-Roża, tista’ tingħata lil wild li jkun fostered u jgħix ma’ familja jew student li jattendi edukazzjoni full-time li għaliha l-attendenza fl-iskola hija kkonfermata b’dokument mill-fakultà jew istituzzjoni edukattiva.

X’ser jingħata

Il-persuna responsabbli tal-familja jista’ jkollha dritt għal dik l-Għajnuna Medika bla Ħlas skont kif ser jiġi spjegat, bħal mediċini, nuċċalijiet, dentaturi jew għajnuniet prostetiċi oħra li fil-fehma tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern ikunu indikati fil-każ tal-persuna.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali: 

  • Għajnuna Medika mingħajr ħlas tingħata lill-persuna responsabbli tal-familja.
  • Ir-Riżorsi Kapitali għal koppja m’għandhomx jaqbżu sitta u għoxrin elf (€26,000) u sittax-il elf ewro (€16,000) għal persuna waħeda.
  • Id-dħul għal persuna waħedha impjegata m’għandux jaqbeż mitejn u wieħed u għoxrin ewro u tmienja u sebgħin ċenteżmu (€221.78) fil-ġimgħa (flimkien ma’ tmien ewro u ħmistax il-ċenteżmu (€8.15) addizzjonali għal kull persuna addizzjonali). Barra minn hekk, dħul minn xogħol bi ħlas ta’ koppja m’għandux jaqbeż mitejn u disa’ u għoxrin ewro u tlieta u disgħin ċenteżmu (€229.93) fil-ġimgħa (flimkien ma’ tmien ewro u ħmistax il-ċenteżmu (€8.15) addizzjonali għal kull persuna addizzjonali flimkien mal-koppja li tgħix fl-istess dar).
  • Id-dħul għal persuna pensjonanta waħeda m’għandux jaqbeż mitejn u tmien ewro u erbgħa u tletin ċenteżmu (€208.34) fil-ġimgħa u għad-dħul tal-pensjonanti koppji m’għandux ikun aktar minn mitejn u tnejn u tletin ewro u ħamsa u għoxrin ċenteżmu (€232.25) fil-ġimgħa. 

L-Għajnuna Medika mingħajr Ħlas (Karta r-Roża) hija mġedda awtomatikament kif ġej:

  • Fuq bażi ta’ kull sena, għal applikant li għandu aktar minn sittin (60) sena, u għal applikant li jirċievi Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa u Assistenza għal Diżabilità Severa.
  • Kull erba’ (4) xhur, għal applikant taħt is-sittin (60) sena, jekk eliġibbli. 

Kartuna s- Safra (Skeda V):

Persuna li qed tbati minn marda kronika tista’ tkun eliġibbli għal Kartuna s-Safra (Skeda V). Il-Kartuna s-Safra (Skeda V) mhijiex ittestjata bit-Test tal-Mezzi, u tinħareġ mid-Dipartiment tas-Saħħa u mhux mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Tista’ taċċessa l-informazzjoni relatata tad-Dipartiment tas-Saħħa billi tikklikkja hawn.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali: 

  • Rendikonti tal-Bank tal-kontijiet kollha bankarji lokali u barranin.
  • Dokumenti relattivi tal-valur ta’ kwalunkwe Ħażniet / Ishma / Bonds u d-dħul derivat minnhom.
  • Valur tas-suq ta’ kull proprjetà jew sehem ta’ propjetàf’Malta u / jew barra (li mhix dar ta’ residenza).
  • Kopja riċenti tal-irċevuta tal-kera u/jew kuntratt tal-kera jekk id-dar tar-residenza tkun mikrija.
  • Kopja tal-kuntratt tal-kera jekk il-kera tkun ġejja minn proprjetajiet oħra.
  • Rendikont / dokumenti li juru dħul minn pensjoni/jiet ta’ barra.
  • Kopja tal-payslip tal-applikant u/jew tal-konjuġi/sieħeb/sieħba jekk j/taħdem.

Kif tapplika

Applikant irid iżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov.