Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Kontribuzzjonijiet tas-Siġurtà Soċjali – Nieqsa

Ħarsa ġenerali

Dan is-servizz huwa maħsub biex jiggwidak tidentifika nuqqasijiet fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li għandek fil-lista ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek u x’azzjonijiet tista’ tieħu biex tindirizzahom. Il-kontribuzzjonijiet li saru fis-sena ta’ qabel jiġu murija f’Diċembru tas-sena ta’ wara. Il-wirja tikkategorizza l-kontribuzzjonijiet fi klassijiet differenti: 

  • Kontribuzzjonijiet u krediti tal-Klassi 1: Dawn huma għal persuni impjegati.
  • Kontribuzzjonijiet u krediti tal-Klassi 2 u Klassi 3: Dawn huma għal persuni li jaħdmu għalihom infushom u għal dawk li jimpjegaw lilhom infushom rispettivament. 

Jekk wara l-età ta’ sittax-il (16) sena kien hemm perjodi li ma kontx taħdem bi qligħ, jew ma kontx tgħix f’Malta, jew kont uffiċjalment eżentat milli tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, huwa normali li jkollok kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali neqsin f’dawn il-perjodi indikati.

X’se tingħata

Tista’ tiċċekkja l-istatus tiegħek fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, u jekk jiġu identifikati nuqqasijiet, tista’ tindirizza n- nuqqasijiet abbażi tal-informazzjoni ppreżentata.

Eliġibbiltà

  • Kont attiv tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità.

Kif taċċessa s-servizz

Trid tawtentika biex tiċċekkja għal xi Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali nieqsa.

Jekk waqt li tkun qed tuża dan is-servizz tiltaqa’ ma’ xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza: 

  • Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Kontribuzzjonijiet tas-Siġurtà Soċjali – Nieqsa’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew
  • Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.

.

 

Rispons