Eżenzjoni għal Ħaddiema Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi milli Jirreġistraw taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali
Ħarsa ġenerali
Il-persuni ħaddiema ċittadini ta’ pajjiżi terzi impjegati jistgħu jitolbu li jkunu eżentati milli jirreġistraw f’Malta taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), sakemm ikunu qegħdin iħallsu kontribuzzjonijiet tal-istat f’pajjiżhom. Ċertifikat ta’ Eżenzjoni jinħareġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jeżenta liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi impjegati milli jirreġistraw f’Malta.
X’ser jingħata
Il-persuni ċittadini ta’ pajjiżi terzi impjegati għandhom jirċievu Ċertifikat ta’ Eżenzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, li jeżenta milli jħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali f’Malta.
Madankollu, min iħaddem jeħtieġ li jirreġistra l-impjieg tal-persuni ċittadini ta’ pajjiżi terzi mal- Kummissarju tat-Taxxi u mal-Jobsplus, għalkemm huwa awtomatikament eżentat mis–sehem tiegħu tal-kontribuzzjonijiet tal-Klassi 1 tal-persuni ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Għandhom permess uniku (residenza u xogħol) validu, jew applikaw mal-aġenzija governattiva maltija Identità.
- Assigurati fil-pajjiż terz tagħhom ma’ istituzzjoni nazzjonali.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Permess uniku (residenza u xogħol) maħruġa minn l-aġenzija governattiva maltija Identità, jew ittra ta’ konferma tar-reġistrazzjoni jekk il-permess ikun għadu mhux disponibbli.
- Irċevuta tal-aħħar pagament tal-kontribuzzjoni tal-istat mill-istituzzjoni nazzjonali fil-pajjiż terz tiegħu.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.