Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Eżenzjoni għal Ħaddiema Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi milli jirreġistraw taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali

Ħarsa ġenerali

Ħaddiema li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi impjegati li huma jew ċittadini ta’ pajjiżi li Malta għandha ftehim bilaterali magħhom (Kanada, Awstralja, New Zealand jew il-Libja); jew inkella huma impjegati bħala Carers personali ma’ employer wieħed, jistgħu jitolbu li jkunu eżentati milli jirreġistraw f’Malta taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Dan sakemm ikunu qegħdin iħallsu kontribuzzjonijiet tal-istat f’pajjiżhom, u sakemm ikunu koperti minn Polza Privata tal-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa valida għal Malta, li tkopri s-servizzi nazzjonali tas-saħħa sa ammont minimu ta’ mitt elf euro (€100,000.00).

Impjegati oħrajn li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li la huma ċittadini ta’ pajjiżi li magħhom Malta għandha ftehim bilaterali dwar is-sigurtà soċjali jew lanqas huma impjegati f’Malta bħala carers personali, jistgħu japplikaw biex jingħataw eżenzjoni sal‑28 ta’ Frar 2027 għall-aħħar darba. Wara din id‑data, ma jinħarġux aktar ċertifikati ta’ eżenzjoni lill-applikanti minn pajjiżi terzi li la huma ċittadini ta’ pajjiżi li magħhom Malta għandha ftehim bilaterali dwar is‑sigurtà soċjali u lanqas huma impjegati f’Malta bħala carers personali.

Ċertifikat ta’ Eżenzjoni jinħareġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jeżenta liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi  impjegati milli jirreġistraw f’Malta.

X’ser jingħata

Il-persuni ċittadini ta’ pajjiżi terzi impjegati għandhom jirċievu Ċertifikat ta’ Eżenzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, li jeżenta milli jħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali f’Malta sad-data tal-Permess ta’ residenza maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità.

Madankollu, min iħaddem jeħtieġ li jirreġistra l-impjieg tal-persuni ċittadini ta’ pajjiżi terzi mal-Kummissarju tat-Taxxi u mal-Jobsplus, għalkemm huwa awtomatikament eżentat mis-sehem tiegħu tal-kontribuzzjonijiet tal-Klassi 1 tal-persuni ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Eliġibbiltà

  • Il-ħaddiem irid ikun jew:
    • Ċittadin ta’ pajjiżi tal-Kanada, Awstralja, New Zealand jew il-Libja; jew
    • Huma impjegati bħala Carers personali ma’ employer wieħed.
    • Ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħra jistgħu jiġu eżenati biss sat-28 ta’ Frar 2027.
  • Għandhom permess uniku (residenza u xogħol) validu, jew issottomettaw applikazzjoni lil aġenzija tal-gvern Malti Identità.
  • Assigurati fil-pajjiż terz tagħhom ma’ istituzzjoni nazzjonali.
  • Ikunu koperti minn Polza Privata tal-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa valida għal Malta, li tkopri s-servizzi nazzjonali tas-saħħa.

Dokumentazzjoni meħtieġa

  • Permess uniku (residenza u xogħol) maħruġa minn l-aġenzija governattiva Maltija Identità, jew ittra ta’ konferma tar-reġistrazzjoni jekk il-permess ikun għadu mhux disponibbli.
  • Irċevuta tal-aħħar pagament tal-kontribuzzjoni tal-istat mill-istituzzjoni nazzjonali fil-pajjiż terz tiegħu.
  • Kopja ta’ Polza Privata tal-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa valida għal Malta, li tkopri s-servizzi nazzjonali tas-saħħa li tkopri s-servizzi nazzjonali tas-saħħa sa ammont minimu ta’ mitt elf ewro (€100,000.00).

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.