Logo
Logo
  • MT
  • EN

Ħlas ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali Neqsin – Invalidità

Ħarsa ġenerali

Din hija skema li jistgħu jibbenefikaw minnha residenti Maltin li huma assigurati f’Malta għal skop ta’ Sigurtà Soċjali; fejn applikanti jkunu jistgħu iħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li jkunu neqsin mill-istorja kontributorja tagħhom. L-għan ta’ din l-iskema hu li jippermetti lill-applikanti, jew, li jikkwalifikaw għall-penzjoni kontributorja, jew inkella biex itejbu ir-rata kurrenti jew prospettiva tal-penzjoni tagħhom.

X’se tingħata

Taħt din l-iskema, applikanti eliġibbli se jkunu jistgħu jħallsu  l-ammont massimu ta’ 260 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (ekwivalenti għall-perjodu massimu ta’ 5 snin assigurazzjoni), liema kontribuzzjonijiet neqsin ma jkunux neċessarjament fl-aħħar 5 snin ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni. Mhux permess li jitħallsu kontribuzzjonijiet arretrati għall-perjodu/i fejn l-applikanti ma jkunux residenti ordinarji f’Malta.

Ir-rata applikabbli ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet arretrati hija r-rata standard tat-Tieni Klassi Rata SA, hekk kif tkun fis-sena li fiha jsir il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet arretrati.

Barra milli joħroġ kont ta’ kontribuzzjonijiet arretrati, id-dipartiment joħroġ ukoll stima approssimattiva ta’ kemm tkun ir-rata prospettiva tal-penzjoni sew; jekk jitħallsu l-arretrati u sew jekk le. L-applikanti jiġu infurmati ukoll jekk it-talba tagħhom tkun miċħuda, jew inkella jekk il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet arretrati ma jagħmel l-ebda differenza fir-rata prospettiva tal-penzjoni tagħhom.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikanti għandhom ikunu normalment residenti f’Malta u reġistrati taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.)
  • L-applikanti għandhom ikunu bl-eta’ ta’ bejn id-59 u l-64 sena (ikunu għadhom m’għalqux il- 65 sena)
  • L-applikanti iridu jkunu attwalment benefiċjarji tal-Pensjoni tal-Invalidità

    Kif tapplika

    Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

    Font Resize
    Contrast