Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Ħlas ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali Neqsin – JobsPlus1990

Ħarsa ġenerali

Din hija skema li jistgħu jibbenefikaw minnha residenti Maltin li r-rekords uffiċjali jindikaw li kienu f’impjieg qabel it-twaqqif tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ (illum Jobsplus) fl-1990; iżda li ma jkunx instab ħjiel li tħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fl-istess perjodu. L-għan ta’ din l-iskema hu li jippermetti lill-applikanti, biex jikkwalifikaw għall-penzjoni minima kontributorja, minħabba li ma jkollhomx il-minimu neċessarju ta’ kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali biex jikkwalifikaw għall-istess pensjoni minima.

X’se tingħata

L-applikanti eleġibbli se jkunu jistgħu jħallsu kemm ikun hemm bżonn kontribuzzjonijiet biex jikkwalifikaw għall-pensjoni minima sa massimu ta’ 260 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (ekwivalenti għall-perjodu massimu ta’ 5 snin assigurazzjoni). Il-kontribuzzjonijiet neqsin ikunu fi żmien qabel il-31 ta’ Diċembru 1990 li fiħ ir-rekords ta’ Jobsplus ikunu jidikaw attività ta’ xogħol. Mhux permess li jitħallsu kontribuzzjonijiet arretrati għall-perjodu/i ta’ kontribuzzjonijiet neqsin li jaħbtu wara l-31 ta’ Diċembru 1990.

Ir-rata applikabbli ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet arretrati hija r-rata standard tat-Tieni Klassi Rata SA, hekk kif tkun fis-sena li fiha jsir il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet arretrati.

Il-kont ta’ kontribuzzjonijiet arretrati li d-dipartiment joħroġ, ikun fih stima ta’ kemm se tkun ir-rata prospettiva tal-penzjoni jekk jitħallsu l-arretrati dovuti. L-applikanti jiġu infurmati ukoll jekk it-talba tagħhom tkun miċħuda, jew inkella jekk il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet arretrati ma jagħmel l-ebda differenza fir-rata prospettiva tal-penzjoni tagħhom.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikanti jridu jkunu residenti ordinarji f’Malta u jkunu assigurabbli għal skop ta’ Sigurtà Soċjali f’Malta
  • L-applikanti irid ikunu diġa laħqu l-età tal-irtirar
  • L-applikanti ma jkunux ikkwalifikaw għall-pensjoni, kemm bil-miżura ta’ taħt id-19–il sena kif ukoll bil-miżura tal-10 snin kontribuzzjonijiet minimi neċessarji
  • L-impjieg irreġistrat ma Jobsplus ma jridx ikun wara il-31 ta’ Dicembru 1990
  • L-impjieg irid ikun diġa jidher fuq ir-rekords ta’ Jobsplus fit-12 ta’ Ottubru 2021
  • Minkejja li hemm impjieg reġistrat qabel l-1990, ma jkunx hemm ħjiel kontribuzzjonijiet imħallsin

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.