Logo
Logo
  • MT
  • EN

Ħlas Volontarju ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1

Ħarsa ġenerali

Il-Ħlas Volontarju tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1, jsir sabiex ikun evitat li jkun hemm nuqqasijiet fil-lista tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Ir-rata massima tal-kontribuzzjonijiet tas- Sigurtà Soċjali tal-Klassi I titħallas skont l-Artikolu 13.1 taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.)

X’se tingħata

Permezz ta’ dan il-pagament ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, persuna ssaħħaħ il-lista tal- kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tagħha u għalhekk l-eliġibbiltà tiegħu / tagħha għal Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Soċjali.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant kien/huwa ordinarjament residenti jew domiċiljat f’Malta matul il-perjodu/i ta’ assigurabilità, maħsub biex ikun kopert mill-applikazzjoni
  • L-applikant kien/huwa impjegat barra minn Malta jew barra minn xi Stat Membru tal-UE matul il-perjodu/i ta’ assigurabilità, maħsub biex ikun kopert mill-applikazzjoni
  • L-applikant kien/huwa Impjegat barra minn Malta taħt Kuntratt ta’ Servizz matul il-perjodu/i ta’ assigurabilità, maħsub biex ikun kopert mill-applikazzjoni

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Kopja bl-Ingliż tal-Kuntratt/i ta’ Servizz barrani

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni onlajn.

Font Resize
Contrast