Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tirċievi aħbarijiet riċenti.

Q

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti tagħna dwar is-Sigurtà Soċjali u l-Politika Soċjali.

Aħbarijiet Reċenti:

Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg

Ħarsa ġenerali

Il-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg jitħallas lill-koppji jew ġenituri waħedhom li jkunu jaħdmu u għandhom tfal taħt it-tlieta u għoxrin (23) sena, għadhom dipendenti u jgħixu fl-istess residenza tagħhom. Jekk ikun hemm tfal taħt l-età ta’ tlieta u għoxrin (23) sena li jgħixu fl-istess dar li jirċievu l-Allowance għal Ġenitur Waħdu Mhux Miżżewweġ, xorta tista’ tkun intitolat għall-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg.

Dawk li jaħdmu għal rashom, oppost ta’ dawk li jaħdmu għalihom nfushom, mhumiex involuti f’xi attività li permezz tagħha qed tinkiseb qligħ li jaqbeż il-limitu stabbilt fis-sena, bhekk mhumiex eliġibbli għal Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg għax mhumiex ikkunsidrati bħala persuna f’impjieg.

Dan il-benefiċċju mhuwiex applikabbli għal dawk li bħalissa qed jirċievu t-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.

Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.

X’se tingħata

Il-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg jitħallas kull tliet xhur fl-ewwel Sibt għax-xhur ta’ Jannar, April, Lulju u Ottubru u kull ħlas ikopri t-tliet xhur ta’ qabel. Il-pagamenti huma ddepożitati direttament fil-kont tal-bank. Biex tara jew taġġorna d-dettalji bankarji tiegħek hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jekk jogħġbok ikklikkja hawn fejn tintalab tawtentika bl-e-ID tiegħek.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023:

  • L-applikant irid ikollu tfal taħt it-tlieta u għoxrin (23) sena li jgħixu fl-istess residenza miegħu.
  • Dħul iddikjarat hu ibbażat fuq is-Sena Bażi 2021. Intant l-FS3s u/jew Rendikonti tad-Dħul u l-Ħruġ kollu ta’ kull impjieg kemm full-time u/jew part-time tas-snin 2021 u 2022 huma meħtieġa għall-Applikanti Ġodda biss.
  • Ġenitur waħdu li l-qligħ nett annwali mix-xogħol tiegħu jkun bejn €6,600 u €35,000 jista’ jitħallas rata sa massimu ta’ €1,500 fis-sena għal kull wild. Dawk bi dħul ta’ bejn €23,000 u €35,000 ir-rata ser tkun ta’ €200 fis-sena għal kull wild. Mhemmx il-bżonn li tapplika għal dan il-benefiċċju jekk id-dħul iddikjarat huwa bejn €23,000 u €35,000 peress li dan ser isir bi proċess awtomatiku.
  • Koppja fejn it-tnejn jaħdmu u li l-qligħ nett annwali mix-xogħol tagħhom ikun ta’ bejn €10,000 u €50,000 u fejn il-qligħ nett ta’ xi wieħed mill-ġenituri ma jkunx inqas  minn €3,000 fis-sena, jistgħu jitħallsu rata sa massimu ta’ €1,500 fis-sena għal kull wild. Dawk il-koppji bi dħul ta’ bejn €35,000 u €50,000 ir-rata ser tkun ta’ €200 fis-sena għal kull wild. Mhemmx il-bżonn li tapplika għal dan il-benefiċċju jekk id-dħul iddikjarat huwa bejn €35,000 u €50,000 peress li dan ser isir bi proċess awtomatiku.
  • Koppji fejn parti waħda biss tkun taħdem u bi qligħ nett annwali ta’ bejn €6,600 u €35,000, jistgħu jitħallsu rata sa massimu ta’ €730 fis-sena għal kull wild. Dawk il-koppji fejn parti waħda biss tkun taħdem bi dħul ta’ bejn €26,000 u €35,000 ir-rata ser tkun ta’ €200 fis-sena għal kull wild. Mhemmx il-bżonn li tapplika għal dan il-benefiċċju jekk id-dħul iddikjarat huwa bejn €23,000 u €35,000 peress li dan ser isir bi proċess awtomatiku.
  • Jekk kellek bidla fiċ-ċirkustanzi, bħal separazzjoni, żwieġ, koabitazzjoni, telf ta’ impjieg, żieda fid-dħul minn impjieg jew it-tfal li kont qed tirċievi l-benefiċċju għalihom ħallew id-dar, huwa importanti li d-Dipartiment ikun infurmat immedjatament. Jekk id-dipartiment ma jiġix infurmat fil-ħin, jista’jirriżulta fi ħlas żejjed li mbagħad jeħtieġ li jiġi rritornat.

Nota: Dħul nett mix-xogħol ifisser id-dħul kollu relatat max-xogħol bi qligħ (bħas-salarju, sahra, kummissjoni, fringe benefits, eċċ) u mnaqqas l-ammont imħallas bħala kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Applikanti ġodda biss huma mitluba li jissottomettu dokumentazzjoni relatata mid-dħul minn kull impjieg full-time u/jew part-time tagħhom tas-snin 2021 u 2022.
  • FS3s għandhom ikunu ppreżentati għal min huwa impjegat, filwaqt li dawk li jaħdmu għal rashom għandhom jippreżentaw Rendikont tad-Dħul u l-Ħruġ tax-xogħol tagħhom.
  • Mhemmx għalfejn tissottometti applikazzjoni jew tipprovdi dokumentazzjoni għal dan il-benefiċċju jekk tħallast il-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg matul is-sena 2022.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.